Dizzjunarju.mt hu d-dizzjunarju nazzjonali diġitali tal-Malti li qed jinbena mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta bħala riżorsa ta’ referenza awtorevoli, moderna u aċċessibbli minn kulħadd mingħajr ħlas.
Bis-saħħa ta’ esperti mill-oqsma tal-lessikografija, il-lingwistika, il-lingwistika tal-korpus, u t-teknoloġija tal-informatika, qed nibnu dizzjunarju li jagħti d-definizzjoni bil-Malti, l-ekwivalenti bl-Ingliż, tagħrif grammatikali u gwida għat-tlissin, eżempji bbażati fuq l-użu naturali tal-lingwa, l-idjomi u l-frażijiet, u n-nisel tal-kliem.
Peress li tfassal għal firxa wiesgħa ta’ nies – minn kelliema nattivi sa studenti tal-Malti bħala lsien barrani, minn għalliema sa tradutturi, minn ġurnalisti u xandara sa riċerkaturi – Dizzjunarju.mt huwa ġabra ħajja li tikber id f’id mal-lingwa, spazju miftuħ għal kulħadd, fejn il-kliem tal-bieraħ jiltaqa’ mal-kliem tal-lum waqt li jwitti t-triq għall-Malti t’għada.
- Edituri ġenerali: Michael Spagnol u Dwayne Ellul
- Riċerkaturi: Bradley Cachia, Daniel Attard, Jean Paul Borg, John Paul Grima, Michela Vella
- Disinn tal-logo / Direzzjoni artistika: Julian ‘Julinu’ Mallia
- Ħajr: Id-Dipartiment tal-Malti, l-Università ta’ Malta, Sketch Engine, Lexical Computing, Dictionary Express, RIDT, Times of Malta, MaltaDaily
Dizzjunarju.mt is the national digital dictionary of Maltese, currently being developed by the Department of Maltese at the University of Malta as an authoritative, modern reference resource that is freely accessible to everyone.
With the support of experts in lexicography, linguistics, corpus linguistics and information technology, we are building a dictionary that provides definitions in Maltese, English equivalents, grammatical information and pronunciation guidance, examples based on the natural use of the language, idioms and phrases, and the etymology of words.
Designed for a wide range of users – from native speakers to students of Maltese as a foreign language, from teachers to translators, from journalists and media professionals to researchers – Dizzjunarju.mt is a living collection that grows hand in hand with the language: an open space for everyone, where the words of yesterday meet the words of today while paving the way for the Maltese of tomorrow.
- General Editors: Michael Spagnol and Dwayne Ellul
- Researchers: Bradley Cachia, Daniel Attard, Jean Paul Borg, John Paul Grima, Michela Vella
- Logo design / Artistic direction: Julian ‘Julinu’ Mallia
- Acknowledgements: Department of Maltese, University of Malta, Sketch Engine, Lexical Computing, Dictionary Express, RIDT, Times of Malta, MaltaDaily