Politika tal-Privatezza u Cookies Privacy and Cookie Policy
POLITIKA TAL-PRIVATEZZA
Id-Dizzjunarju Nazzjonali tal-Malti (www.dizzjunarju.mt)
L-aħħar aġġornament: 24 ta' Marzu 2026
1. Introduzzjoni u l-Kontrollur tad-Data
Din il-Politika tal-Privatezza (minn hawn 'il quddiem "il-Politika") tiddeskrivi kif l-Università ta' Malta, li taġixxi bħala l-kontrollur tad-data għall-finijiet tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 ("GDPR"), tiġbor, tuża, tiżvela u tipproċessa b'kull mod ieħor data personali. Din il-Politika tapplika għall-informazzjoni li niġbru bħala kontrollur tad-data meta taċċessa jew tuża s-sit www.dizzjunarju.mt ("is-Sit") u kwalunkwe prodott relatat mad-Dizzjunarju online, kif ukoll meta tikkuntattjana jew tikkomunika magħna b'modi oħra, pereżempju permezz tas-servizzi tagħna ta' appoġġ lill-utenti.
Din il-Politika tal-Privatezza tista' tiġi aġġornata minn żmien għal żmien sabiex tirrifletti bidliet fir-rekwiżiti legali, fil-prattiki istituzzjonali jew fl-operat tas-Sit. Kwalunkwe bidla tiġi indikata billi tiġi riveduta d-data tal-"aħħar aġġornament" fil-bidu ta' din il-Politika. Fejn il-bidliet ikunu sostanzjali, jista' jingħata avviż addizzjonali, pereżempju billi jintwera avviż fuq is-Sit. L-utenti huma mħeġġa jirrevedu din il-Politika minn żmien għal żmien sabiex jibqgħu infurmati dwar kif tiġi pproċessata d-data personali.
Din il-Politika tapplika għad-data personali miġbura meta inti:
- a)tinnaviga fis-Sit jew tużah b'xi mod ieħor;
- b)tuża l-funzjonijiet tas-Sit, fosthom l-għodod tat-tiftix jew tal-feedback;
- c)tikkuntattja lill-Università dwar is-Sit.
Is-Sit huwa pprovdut bħala riżorsa akkademika u ta' interess pubbliku. Ma joffrix servizzi kummerċjali, abbonamenti mħallsa jew reklami mmfassla speċifikament fuq l-informazzjoni personali tiegħek.
Għall-finijiet ta' din il-Politika, referenzi għall-"Università", "aħna", "lilna" jew "tagħna" jirreferu għall-Università ta' Malta bħala l-kontrollur tad-data. Referenzi għalik jew għall-"utent" jirreferu għal kwalunkwe individwu li jaċċessa jew juża s-Sit.
2. Id-Data Personali li Niġbru
2.1 Informazzjoni li Tipprovdi Volontarjament
Nistgħu niġbru data personali li inti tagħżel li tipprovdi, pereżempju meta inti:
- a)tikkuntattjana permezz ta' email jew formola ta' kuntatt;
- b)tissottometti feedback, kummenti jew suġġerimenti relatati mas-Sit;
u din tista' tinkludi: ismek, l-indirizz tal-email tiegħek, u l-kontenut tal-messaġġ jew tas-sottomissjoni tiegħek.
Aħna la nitolbu u lanqas niġbru intenzjonalment kategoriji speċjali ta' data personali (bħal data li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż, data dwar is-saħħa jew l-orjentazzjoni sesswali).
2.2 L-Informazzjoni li Tinġabar b'Mod Awtomatiku
Meta taċċessa s-Sit, ċerta informazzjoni tinġabar awtomatikament permezz ta' mezzi tekniċi:
- a)indirizz IP;
- b)tip u verżjoni tal-browser;
- c)sistema operattiva;
- d)data u ħin tal-aċċess;
- e)paġni li żżur u t-tiftixiet li jkunu saru fis-Sit;
- f)sit ta' referenza (fejn japplika).
Din l-informazzjoni tintuża biss għall-operat tekniku, is-sigurtà u l-analiżi statistika tas-Sit.
2.3 Il-Cookies u Teknoloġiji Simili
Is-Sit juża cookies u teknoloġiji simili li huma meħtieġa:
- a)biex is-Sit jaħdem kif suppost;
- b)biex issir analiżi bażika ħalli nifhmu kif jintuża s-Sit u naraw li jaħdem aħjar.
Fejn meħtieġ mil-liġi, jiġu pprovduti mekkaniżmi ta' kunsens għall-cookies. Tista' timmaniġġja jew tiddiżattiva l-cookies permezz tas-settings tal-browser tiegħek. Id-diżattivazzjoni tal-cookies tista' taffettwa l-mod kif jiffunzjonaw xi karatteristiċi.
Biex nevitaw id-dubji, "Cookies" f'din il-Politika jfissru fajls żgħar ta' test maħżuna fuq l-apparat tiegħek meta żżur sit elettroniku. Dawn jintużaw biex jiżguraw li s-sit jaħdem sew, biex itejbu l-esperjenza tal-utenti u biex tinġabar informazzjoni bażika dwar kif jintuża s-sit.
3. L-Iskopijiet u l-Bażi Legali tal-Ipproċessar
3.1 Id-data personali tiġi pproċessata għall-iskopijiet li ġejjin:
- a)biex is-Sit jaħdem u jinżamm aġġornat;
- b)biex niżguraw is-sigurtà tas-Sit u nipprevjenu l-abbuż;
- c)biex nanalizzaw xejriet ta' użu u ntejbu l-kontenut u l-funzjonalità;
- d)biex inwieġbu l-mistoqsijiet jew il-feedback tal-utenti;
- e)biex nikkonformaw ma' obbligi legali u regolatorji.
Id-data personali ma tintużax għat-tfassil ta' profil, marketing kummerċjali jew reklamar speċifiku għad-data tiegħek.
3.2 Nistgħu nużaw id-data personali wkoll biex:
- a)nipprovdu u nagħmlu l-manutenzjoni tas-Sit, fosthom għall-finijiet ta' monitoraġġ tal-użu tas-Sit tagħna.
- b)Biex naħdmu fuq it-talbiet tiegħek: sabiex inwieġbu u nimmaniġġjaw it-talbiet tiegħek.
- c)Għal skopijiet oħra: Nistgħu nużaw l-informazzjoni tiegħek għal skopijiet oħra, fosthom biex nanalizzaw id-data, nidentifikaw ix-xejriet tal-użu, niddeterminaw l-effettività tal-kampanji promozzjonali tagħna, kif ukoll sabiex nevalwaw u ntejbu s-Sit tagħna, il-prodotti, is-servizzi, l-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni u l-esperjenza tiegħek.
3.3 Bażijiet Legali għall-Ipproċessar
Skont il-GDPR, l-Università tipproċessa data personali fuq il-bażijiet legali li ġejjin:
- a)interess leġittimu (Artikolu 6(1)(f)) – biex inħaddmu s-Sit, inħarsuh u ntejbuh;
- b)kunsens (Artikolu 6(1)(a)) – fejn inti tipprovdi data personali b'mod volontarju (eż. meta tikkuntattjana);
- c)obbligu legali (Artikolu 6(1)(c)) – fejn l-ipproċessar ikun meħtieġ biex jiġu osservati liġijiet applikabbli.
4. L-Iżvelar ta' Data Personali
Id-data personali tista' tiġi żvelata biss fejn ikun meħtieġ u dan hu limitat għal dawn il-kategoriji ta' persuni u entitajiet li jirċevuha:
- a)fornituri ta' servizzi li jaġixxu f'isem l-Università (bħal fornituri ta' website hosting jew appoġġ tekniku), taħt obbligi stretti ta' kunfidenzjalità u protezzjoni tad-data;
- b)awtoritajiet pubbliċi jew regolaturi, fejn l-iżvelar ikun meħtieġ bil-liġi.
Id-data personali ma tinbiegħx u ma tingħatax lil ħaddieħor għal skopijiet ta' reklamar.
5. Iż-Żamma tad-Data
Id-data personali tinżamm biss għal kemm ikun meħtieġ għall-iskopijiet li għalihom tkun inġabret, inkluż:
- a)data ta' korrispondenza: tinżamm għall-perjodu meħtieġ biex tiġi indirizzata t-talba u għal perjodu limitat wara;
- b)data teknika u log files: jinżammu għal skopijiet ta' sigurtà u analiżi skont il-politiki istituzzjonali ta' kemm għandha tinżamm id-data.
Id-data tista' tiġi anonimizzata jew aggregata u tinżamm għal skopijiet ta' statistika jew ta' riċerka.
6. Il-Privatezza tat-Tfal
Is-Sit huwa maħsub għal użu edukattiv ġenerali u mhux immirat speċifikament għat-tfal. Is-Sit ma jindirizzax lil persuni taħt it-tlettax-il sena (13). Aħna ma niġbrux b'mod konxju informazzjoni personali li permezz tagħha tista' tidentifika persuni taħt it-tlettax-il sena. Jekk intom ġenituri jew tuturi u ssiru tafu li t-tfal tagħkom ipprovdewlna data personali, nitolbukom tikkuntattjawna. Jekk insiru nafu li ġbarna data personali minn persuni taħt it-tlettax-il sena mingħajr verifika tal-kunsens tal-ġenituri jew tuturi, nieħdu passi biex inneħħu dik l-informazzjoni mis-servers tagħna.
Fejn ikollna niddependu fuq il-kunsens bħala bażi legali għall-ipproċessar tad-data tiegħek u l-pajjiż tiegħek jeħtieġ kunsens tal-ġenituri jew tuturi, nistgħu neħtieġu l-kunsens tal-ġenituri jew tuturi tiegħek qabel ma niġbru u nużaw dik l-informazzjoni.
7. Id-Drittijiet Tiegħek
Skont il-GDPR, inti għandek id-dritt li:
- a)taċċessa d-data personali tiegħek;
- b)titlob ir-retifika ta' data mhux preċiża jew mhux kompluta;
- c)titlob it-tħassir tad-data personali tiegħek, fejn japplika;
- d)titlob ir-restrizzjoni tal-ipproċessar;
- e)toġġezzjona għall-ipproċessar ibbażat fuq interess leġittimu;
- f)tressaq ilment għand l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data (Malta).
Biex tagħmel it-talbiet tiegħek tista' tikkuntattja lill-Università billi tuża d-dettalji t'hawn taħt.
8. Is-Siti ta' Partijiet Terzi
Is-Sit jista' jinkludi ħoloq għal siti esterni. L-Università mhix responsabbli għall-prattiki ta' privatezza jew għall-kontenut ta' siti ta' partijiet terzi. L-utenti huma mħeġġa jaqraw sew il-politiki tal-privatezza ta' kwalunkwe sit estern li jżuru.
9. Bidliet f'din il-Politika
Din il-Politika tista' tiġi aġġornata minn żmien għal żmien sabiex tirrifletti bidliet legali jew operattivi. Il-verżjoni aġġornata tiġi ppubblikata fuq is-Sit bid-data riveduta tal-"aħħar aġġornament".
10. Dettalji ta' Kuntatt
Għal mistoqsijiet relatati mal-privatezza jew biex teżerċita d-drittijiet tiegħek dwar il-protezzjoni tad-data, tista' tikkuntattja: dizzjunarju@um.edu.mt
IL-POLITIKA TAL-COOKIES
Id-Dizzjunarju Nazzjonali tal-Malti (www.dizzjunarju.mt)
L-aħħar aġġornament: 24 ta' Marzu 2026
1. Introduzzjoni
Din il-Politika tal-Cookies tispjega kif l-Università ta' Malta tuża cookies u teknoloġiji simili fuq is-sit www.dizzjunarju.mt ("is-Sit"). Din għandha tinqara flimkien mal-Politika tal-Privatezza.
Il-cookies jintużaw biss fejn ikun meħtieġ għas-sigurtà u l-prestazzjoni tas-Sit kif ukoll biex jaħdem tajjeb, skont il-GDPR u l-liġi Maltija applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.
2. X'inhuma l-Cookies
Il-cookies huma fajls żgħar ta' test maħżuna fuq l-apparat tiegħek meta żżur sit. Dawn jippermettu lis-sit jagħraf l-apparat tiegħek matul iż-żjara jew għal perjodu limitat wara.
Il-cookies jistgħu jinkludu identifikaturi tekniċi li, f'ċerti ċirkostanzi, jistgħu jikkostitwixxu data personali.
3. It-Tipi ta' Cookies Użati
Is-Sit juża biss il-kategoriji ta' cookies li ġejjin:
a) Cookies Strettament Meħtieġa
Dawn il-cookies huma essenzjali biex jippermettu l-funzjonalità bażika tas-Sit, bħall-ftuħ tal-paġni, in-navigazzjoni u s-sigurtà. Il-cookies huma meħtieġa biex is-Sit jaħdem u ma jeħtiġux il-kunsens tal-utent.
b) Cookies ta' Prestazzjoni u Analiżi
Dawn il-cookies jiġbru informazzjoni aggregata u anonimizzata dwar kif il-viżitaturi jużaw is-Sit (pereżempju, il-paġni li jkunu żaru u l-mudelli tan-navigazzjoni). Jintużaw biss biex is-Sit jaħdem aħjar u biex itejjeb il-prestazzjoni u l-kontenut tiegħu.
Dawn il-cookies jinħażnu fuq il-mezzi elettroniċi tal-utenti meta dawn jagħtu l-kunsens tagħhom biss u fejn huwa meħtieġ bil-ligi.
Is-Sit ma jużax:
- (i)cookies ta' reklamar jew cookies immirati;
- (ii)cookies li permezz tagħhom ikun jista' jinħoloq profil dwar l-imġiba tal-utenti;
- (iii)cookies li jippermettu lill-pjattaformi tal-mezzi soċjali jimmoniterjaw jew isegwu l-attività tal-utenti.
4. Il-Cookies tal-Ewwel Parti u ta' Partijiet Terzi
Il-cookies jistgħu jkunu:
- a)cookies tal-ewwel parti, issettjati direttament mill-Università ta' Malta; jew
- b)cookies ta' partijiet terzi, issettjati minn fornituri ta' servizzi li jaġixxu f'isem l-Università għal skopijiet strettament tekniċi jew analitiċi, u suġġetti għal salvagwardji xierqa kuntrattwali u ta' protezzjoni tad-data.
Il-cookies qatt ma jintużaw għal skopijiet kummerċjali jew ta' marketing.
5. Kemm idumu l-Cookies
Il-cookies użati fuq is-Sit jistgħu jkunu:
- a)cookies tas-sessjoni, li jitħassru meta tagħlaq il-browser; jew
- b)cookies persistenti, li jibqgħu fuq l-apparat tiegħek għal perjodu limitat u jintużaw biss fejn ikun meħtieġ għall-iskop iddikjarat tagħhom.
Il-cookies jinżammu biss għal kemm ikun meħtieġ biex iwettqu l-funzjoni tagħhom.
6. Il-Ġestjoni tal-Cookies u l-Kunsens
Tista' timmaniġġja jew tirtira l-preferenzi tiegħek dwar il-cookies fi kwalunkwe ħin permezz tas-settings tal-browser tiegħek jew, fejn disponibbli, permezz tal-interface tas-settings tal-cookies tas-Sit.
Il-biċċa l-kbira tal-browsers jippermettulek:
- a)tara u tħassar il-cookies;
- b)timblokka l-cookies kollha jew cookies speċifiċi.
Jekk jogħġbok innota li d-diżattivazzjoni tal-cookies li huma strettament meħtieġa tista' taffettwa l-mod ta' kif jaħdem is-Sit.
7. Il-Bażi Legali
Il-cookies li huma strettament meħtieġa jiġu pproċessati fuq il-bażi ta' interess leġittimu (Artikolu 6(1)(f) GDPR).
Il-cookies ta' prestazzjoni u analiżi, fejn jintużaw, jiġu pproċessati fuq il-bażi tal-kunsens tal-utent (Artikolu 6(1)(a) GDPR).
8. Bidliet f'din il-Politika
Din il-Politika tal-Cookies tista' tiġi aġġornata sabiex tirrifletti bidliet legali jew tekniċi. Kwalunkwe aġġornament jiġi ppubblikat fuq is-Sit bid-data riveduta tal-"aħħar aġġornament".
9. Kuntatt
Għal mistoqsijiet dwar din il-Politika tal-Cookies, jekk jogħġbok ikkuntattja: dizzjunarju@um.edu.mt
Privacy Policy
Id-Dizzjunarju Nazzjonali tal-Malti (www.dizzjunarju.mt)
Last updated: 24th March 2026
1. Introduction and Data Controller
This Privacy Policy (hereinafter the "Policy") describes how University of Malta, which acts as the data controller for the purposes of the General Data Protection Regulation (EU) 2016/679 ("GDPR") collects, uses, discloses and otherwise processes personal data. This Policy applies to information we collect as a data controller when you access or use www.dizzjunarju.mt (the "Website") and any related online Dictionary products and when you otherwise interact with us, such as through our customer support channels.
This Privacy Policy may be updated from time to time to reflect changes in legal requirements, institutional practices, or the operation of the Website. Any changes will be indicated by revising the "last updated" date at the top of this Policy. Where changes are material, additional notice may be provided, for example by displaying a notice on the Website. Users are encouraged to review this Policy periodically to remain informed about how personal data is processed.
This Policy applies to personal data collected when you:
- a)browse or otherwise use the Website;
- b)interact with the Website's features, including search or feedback tools;
- c)contact the University in relation to the Website.
The Website is provided as an academic and public-interest resource. It does not offer commercial services, paid subscriptions, or targeted advertising.
For the purposes of this Policy, references to "the University", "we", "us", or "our" refer to the University of Malta as the data controller. References to "you" or "user" refer to any individual accessing or using the Website.
2. Personal Data We Collect
2.1 Information You Provide Voluntarily
We may collect personal data that you choose to provide, for example when you:
- a)contact us via email or a contact form;
- b)submit feedback, comments, or suggestions relating to the Website;
and this may include: your name; email address; the content of your message or submission.
We do not request or intentionally collect special categories of personal data (such as data revealing racial or ethnic origin, political opinions, religious beliefs, health data, or sexual orientation).
2.2 Information Collected Automatically
When you access the Website, certain information is collected automatically through technical means:
- a)IP address;
- b)browser type and version;
- c)operating system;
- d)date and time of access;
- e)pages viewed and search queries entered on the Website;
- f)referring website (if applicable).
This information is used for technical operation, security, and statistical analysis of the Website only.
2.3 Cookies and Similar Technologies
The Website uses cookies and similar technologies that are necessary for:
- a)the proper functioning of the Website;
- b)basic analytics to understand how the Website is used and to improve its performance.
Where required by law, cookie consent mechanisms are provided. You can manage or disable cookies through your browser settings. Disabling cookies may affect the functionality of certain features.
For the avoidance of doubt, "Cookies" in this Policy mean small text files stored on your device when you visit a website. They are used to ensure the website functions properly, improve user experience, and collect basic information about how the website is used.
3. Purposes and Legal Basis of Processing
3.1 Personal data is processed for the following purposes:
- a)to operate and maintain the Website;
- b)to ensure website security and prevent misuse;
- c)to analyse usage trends and improve content and functionality;
- d)to respond to enquiries or feedback submitted by users;
- e)to comply with legal and regulatory obligations.
Personal data is not used for profiling, targeted advertising, or commercial marketing.
3.2 We may use Personal Data for the following purposes:
- a)To provide and maintain our Website, including to monitor the usage of our Website.
- b)To manage Your requests: To attend and manage Your requests to Us.
- c)For other purposes: We may use Your information for other purposes, such as data analysis, identifying usage trends, determining the effectiveness of our promotional campaigns and to evaluate and improve our Website, products, services, marketing and your experience.
3.3 Legal Bases for Processing
Under the GDPR, the University processes personal data on the following legal bases:
- a)Legitimate interests (Article 6(1)(f)) – to operate, secure, and improve the Website;
- b)Consent (Article 6(1)(a)) – where you voluntarily submit personal data (e.g. contacting us);
- c)Legal obligation (Article 6(1)(c)) – where processing is required to comply with applicable law.
4. Disclosure of Personal Data
Personal data may be disclosed only where necessary and limited to the following categories of recipients:
- a)service providers acting on behalf of the University (such as website hosting or technical support providers), under strict confidentiality and data protection obligations;
- b)public authorities or regulators, where disclosure is required by law.
Personal data is not sold and is not shared for advertising purposes.
5. Data Retention
Personal data is retained only for as long as necessary for the purposes for which it was collected, including:
- a)correspondence data: retained for the duration necessary to address the enquiry and for a limited period thereafter;
- b)technical and log data: retained for security and analytical purposes in accordance with institutional retention policies.
Data may be anonymised or aggregated and retained for statistical or research purposes.
6. Children's Privacy
The Website is intended for general educational use and does not specifically target children. The Website does not address anyone under the age of thirteen (13). We do not knowingly collect personally identifiable information from anyone under the age of 13. If You are a parent or guardian and You are aware that Your child has provided Us with Personal Data, please contact Us. If We become aware that We have collected Personal Data from anyone under the age of 13 without verification of parental consent, We take steps to remove that information from Our servers.
If We need to rely on consent as a legal basis for processing Your information and Your country requires consent from a parent, We may require Your parent's consent before We collect and use that information.
7. Your Rights
Under the GDPR, you have the right to:
- a)access your personal data;
- b)request rectification of inaccurate or incomplete data;
- c)request erasure of your personal data, where applicable;
- d)request restriction of processing;
- e)object to processing based on legitimate interests;
- f)lodge a complaint with the Office of the Information and Data Protection Commissioner (Malta).
Requests may be made by contacting the University using the details below.
8. Third-Party Websites
The Website may contain links to external websites. The University is not responsible for the privacy practices or content of third-party sites. Users are encouraged to review the privacy policies of any external websites they visit.
9. Changes to This Policy
This Policy may be updated from time to time to reflect legal or operational changes. The updated version will be published on the Website with a revised "last updated" date.
10. Contact Details
For privacy-related enquiries or to exercise your data protection rights, you may contact: dizzjunarju@um.edu.mt
COOKIE POLICY
Id-Dizzjunarju Nazzjonali tal-Malti (www.dizzjunarju.mt)
Last updated: 24th March 2026
1. Introduction
This Cookie Policy explains how the University of Malta uses cookies and similar technologies on the website www.dizzjunarju.mt ("the Website"). It should be read together with the Privacy Policy.
Cookies are used only where necessary for the proper functioning, security, and performance of the Website, in accordance with the General Data Protection Regulation (EU) 2016/679 ("GDPR") and applicable Maltese data protection law.
2. What Are Cookies
Cookies are small text files stored on your device when you visit a website. They allow the website to recognise your device either during your visit or for a limited period thereafter.
Cookies may contain technical identifiers which, under certain circumstances, may constitute personal data.
3. Types of Cookies Used
The Website uses only the following categories of cookies:
a) Strictly Necessary Cookies
These cookies are essential to enable core website functionality, such as page loading, navigation, and security. They are required for the Website to operate and do not require user consent.
b) Performance and Analytics Cookies
These cookies collect aggregated and anonymised information about how visitors use the Website (for example, pages visited and navigation patterns). They are used solely to improve the Website's performance and content.
These cookies are set only where the user has provided consent, where required by law.
The Website does not use:
- (i)advertising or targeting cookies;
- (ii)behavioural profiling cookies;
- (iii)social media tracking cookies.
4. First-Party and Third-Party Cookies
Cookies may be:
- a)first-party cookies, set directly by the University of Malta; or
- b)third-party cookies, set by service providers acting on behalf of the University strictly for technical or analytical purposes, subject to appropriate contractual and data protection safeguards.
No cookies are used for commercial or marketing purposes.
5. Cookie Duration
Cookies used on the Website may be:
- a)session cookies, which are deleted when you close your browser; or
- b)persistent cookies, which remain on your device for a limited period and are used only where necessary for their stated purpose.
Cookies are retained only for as long as required to fulfil their function.
6. Managing Cookies and Consent
You can manage or withdraw your cookie preferences at any time through your browser settings or, where available, through the Website's cookie settings interface.
Most browsers allow you to:
- a)view and delete cookies;
- b)block all or specific cookies.
Please note that disabling strictly necessary cookies may affect the functionality of the Website.
7. Legal Basis
Strictly necessary cookies are processed on the basis of legitimate interest (Article 6(1)(f) GDPR).
Performance and analytics cookies, where used, are processed on the basis of user consent (Article 6(1)(a) GDPR).
8. Changes to This Policy
This Cookie Policy may be updated to reflect legal or technical changes. Any updates will be published on the Website with a revised "last updated" date.
9. Contact
For questions regarding this Cookie Policy, please contact: dizzjunarju@um.edu.mt