ċans
-
plural
ċansijiet
-
1
MT Okkażjoni jew possibilità.
EN Opportunity, chance.
-
Jiġik ċans tajjeb, titilfux.
If a good opportunity comes your way, don’t let it slip.
-
Ingħata ċans ieħor biex ibiddel ħajtu.
He was given another chance to turn his life around.
-
-
2
MT Probabilità li tiġri xi ħaġa.
EN Chance, likelihood.
-
Hemm ċans li tagħmel ix-xita.
There’s a chance it’ll rain.
-
-
3
MT Il-ħin li jkollok biex tagħmel xi ħaġa.
EN Time, opportunity.
-
Ma kellix ċans naqrah kollu.
I didn’t have enough time to read it all.
-
Tatu ġimgħa ċans biex idaħħal l-applikazzjoni.
She gave him a week to submit the application.
-
Tini ċans!
Give me a moment!
-
-
4
MT Kull darba li jmissu jilgħab plejer f’logħba.
EN Try, attempt, turn (in a game).
-
Fadallek żewġ ċansijiet.
You have two turns left.
-
-
1
ċans tad-deheb
MT Okkażjoni eċċezzjonali.
EN Golden opportunity.
-
Sport, Futbol
2ċans ta’ skor
MT Opportunità għal tim jew plejer li jagħmel gowl.
EN Scoring chance, chance to score.
-
3
ċans ta’ xejn
MT M’għandux ħin biex jagħmel xi ħaġa.
EN No time at all; not a moment to spare.
-
Kulħadd gas down, ċans ta’ xejn.
Everyone’s flat out, with no time for anything.
-
-
4
ġieh iċ-ċans
MT Inqalgħet l-opportunità.
EN An opportunity arose.
-
Ġieha ċ-ċans tmur tistudja barra.
She got the chance to study abroad.
-
-
ironiku
5għandu (xi) ċans!
MT Jista’ jinsieha li jieħu li jixtieq; għalxejn jipprova.
EN Fat chance …!; As if … stood a chance!
-
Għandha xi ċans tiġi l-ewwel!
As if she stands a chance of placing first!
-
Nixtieq noħroġ magħha. Għandek xi ċans!
I’d like to go out with her.You wish!
-
-
6
ħa ċans
MT Ittanta xortih.
EN To try one’s luck.
-
7
hemm xi ċans…?
MT Mistoqsija li biha titlob jew tipproponi xi ħaġa b’mod indirett.
EN Is there any chance…?; Could we possibly…?
-
Hemm xi ċans li tmexxili l-appuntament?
Is there any chance you could reschedule my appointment?
-
-
vulgari
8m’għandux ċans jaħra
jew m’għandux ċans ikakki, m’għandux ċans ibul, m’għandux ċans ipixxi
MT M’għandu ħin għal xejn.
EN To not have a moment to spare.
-
Bħalissa lanqas ċans inkakki m’għandi.
I haven’t even got time to breathe right now.
-
-
9
ta ċans
MT Ħalla lil xi ħadd jagħmel xi ħaġa, tah l-opportunità.
EN Give someone a chance.
-
Lanqas ċans ngħid kelma ma tani.
He didn’t even let me get a word in.
-
Ingliż chance