ħammeġ
-
imperfett
jħammeġ
-
bl-/bla oġġett
1MT Għamel il-ħmieġ, ġab xi ħaġa maħmuġa, ma ħallihiex nadifa.
EN To dirty, to make dirty.
-
Il-qmis ma nafx biex ħammiġtha.
I don’t know how I dirtied the shirt.
-
-
bla oġġett
2MT Rema l-ħmieġ, ħalla l-iskart fejn ġie ġie, fejn ma kellux jarmih.
EN To litter.
-
Min jinqabad iħammeġ, jeħel multa.
Anyone caught littering will be fined.
-
-
bla oġġett
3MT Niġġes.
EN To pollute.
-
Karozzi qodma jħammġu aktar.
Old cars pollute more.
-
-
bl-oġġett
4MT Tebba’ r-reputazzjoni, infama lil xi ħadd.
EN To smear, slander, defame.
-
Dejjem titfa’ t-tajn u tipprova tħammiġni / tħammiġli ismi.
You’re always throwing mud and trying to drag my name through the mud.
-
-
l-aktar trabi u annimali, bla oġġett
5MT Għamel taħtu, ipporga, kakka.
EN To poop, to do one’s business.
-
Hawn min iħalli l-klieb iħammġu barra.
Some people let their dogs do their business outside.
-
-
bla oġġett
6MT Meta għajn tinfetta u tibda tagħmel il-materja.
EN A gunky, infected eye.
-
Għajni qed tħammeġ, ħa nqattrilha.
My eye is getting gunky, I’ll put some eye drops in it.
-
-
bl-oġġett
7MT Ħassar jew tebba’ l-ħsieb, il-valuri, il-prinċipji, eċċ.
EN To taint, compromise (morally).
-
Ma rridx inħammeġ il-kuxjenza.
I don’t want to have a guilty conscience.
-
-
1
ħammeġ idejh
MT Għamel xogħol manwali; esperjenza l-lant tax-xogħol.
EN To get one’s hands dirty; to do manual work; to gain first-hand experience of the workplace.
-
Spettur li qatt ma kien kuntistabbli ma jifhimx eżatt minn xiex jgħaddu għax qatt ma ħammeġ idejh bħalhom.
An Inspector who’s never been a constable doesn’t fully understand what they go through – he’s never got his hands dirty like them.
-
-
2
ħammeġ idejh
jew ċappas idejh
MT Daħal f’xi attività diżonesta jew immorali.
EN To get involved in dishonest or unethical activity.
-
Ħelsu minnha bla ma ħammġu jdejhom.
They got rid of her without getting their hands dirty.
-
-
3
ħammiġha ma’
MT Kisirha ma’ xi ħadd, ma baqax ħbieb ma’ xi ħadd.
EN To fall out with someone; to break off a relationship or agreement.
Għarbi خ م ج | ḫ-m-j