żibel
-
nom tal-unità
żibla
-
1
MT Skart, ħmieġ u kulma jintrema.
EN Waste, rubbish, litter.
-
It-triq mimlija żibel.
The street is full of litter.
-
-
2
MT Landa, barmil jew kontenitur ieħor fejn jintrema l-iskart.
EN Bin; waste container, rubbish bag.
-
Armi l-karti fiż-żibel.
Throw the papers in the bin.
-
barmil / landa / tank taż-żibel
waste bin / bin
-
borża taż-żibel
rubbish bag
-
Se noħroġ, skużi, iż-żibel.
I’m going to take out the rubbish, pardon the expression.
-
-
peġġorattiv
3MT Xi ħadd kiesaħ, qżież, dardira.
EN Despicable, scum.
-
Kemm hawn min hu żibel.
So many people are scum.
-
-
rari
4MT Demel.
EN Manure.
-
1
ġabu żibel
jew għamlu żibel
MT Irrabjah, ipprovokah, baqbqu.
EN To anger and provoke.
-
Taf kif ġabni żibel dak il-ħin!
He really pissed me off at that point!
-
-
2
ġabu żibel
jew għamlu żibel
MT Umiljah, kisru, trattah ħażin.
EN To humiliate, to break down, to mistreat.
-
Ġabuha żibel quddiem kulħadd.
They humiliated her in front of everyone.
-
-
3
ġabu żibel
jew għamlu żibel
MT Tah kedda, filġu, ġabu għarqan xraba.
EN To wear someone down.
-
Tana mixja fix-xemx u ġabna żibel.
He had us walking in the sun and wiped us out.
-
-
4
sar żibel
jew ġie żibel
MT Ħa kedda, infileġ, tħammeġ, sar għarqan xraba.
EN To become worn out, exhausted, filthy or completely drained.
MT Ħa kedda, infileġ, tħammeġ, sar għarqan xraba.
-
Tlajt it-telgħa fix-xemx u sirt żibel.
I went up the hill in the sun and was completely worn out.
-
-
5
sar żibel
jew ġie żibel
MT Siker, xorob ħafna, kien taħt l-effett tal-alkoħol jew xi sustanzi.
EN To get wasted, to be smashed, to be very drunk.
-
Ħarġu ma’ tax-xogħol u saru żibel.
They went out with colleagues from work and got wasted.
-
-
6
taż-żibel
MT Min jiġbor l-iskart.
EN Waste collector.
-
Imnalla jkunu taż-żibel li xemx u xita jiġbru l-iskart tagħna.
Thank goodness it’s the refuse collectors who collect our waste, come rain or shine.
-
-
7
taż-żibel
MT It-trakk tal-iskart, l-iscammel.
EN Refuse truck, waste collection vehicle.
-
Ħa nasal tard għax hawn taż-żibel quddiemi.
I’m going to be late, there’s a refuse truck in front of me.
-
Għarbi زب ل | z-b-l