aġenda
-
plural
aġendi
-
1
MT Lista ta’ punti għad-diskussjoni waqt laqgħa.
EN Agenda.
-
Bgħattlek l-aġenda u l-minuti.
I sent you the agenda and the minutes.
-
-
2
MT Pjan b’għadd ta’ kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati.
EN Policy agenda, agenda of issues.
-
L-ambjent kien fuq nett tal-aġenda politika.
The environment was at the top of the political agenda.
-
-
3
MT Għan jew interess moħbi li jiddetta d-diskors u l-imġiba ta’ xi ħadd.
EN Hidden agenda, ulterior motive.
-
Min ħareġ din l-istorja kellu l-aġenda tiegħu.
Whoever broke this story had their own agenda.
-
-
4
MT Narrattiva li ssawwar id-diskors pubbliku.
EN Agenda, a narrative that shapes public discourse.
-
Il-każ ħakem l-aġenda tal-gvern għal xhur sħaħ.
The case dominated the government’s agenda for months on end.
-
-
rari
5MT Djarju; ktieb għall-appuntamenti.
EN Diary; appointment book, planner.
-
Dejjem iġorr aġenda sewda miegħu.
He always carries a black planner/diary with him.
-
-
1
aġenda moħbija
MT Skop ulterjuri, intenzjoni sigrieta.
EN Hidden agenda.
-
Hawn ġurnali li għandhom aġenda moħbija.
Some newspapers have a hidden agenda.
-
-
2
bla aġenda
MT Mingħajr intenzjoni moħbija jew skop ulterjuri.
EN With no agenda.
-
Xogħolhom dejjem għamluh bla aġenda personali.
They always did their work without any personal agenda.
-
-
3
fuq l-aġenda
MT Li jistħoqqlu l-attenzjoni.
EN On the agenda.
-
Għawdex irridu npoġġuh fuq l-aġenda nazzjonali.
We need to put Gozo on the national agenda.
-
Taljan agenda