babaw

ba.baw | bɐˈbɐw |

nom maskil
  • plural

    babawijiet
  1. 1

    MT Mostru, ħlejqa mistħajla li biha l-adulti jbeżżgħu lit-tfal.

    EN Bogeyman.

    • Jekk ma toqgħodx kwiet, jiġi l-babaw għalik.

      If you don’t behave, the bogeyman will come and get you.

  2. 2

    MT Xi ħadd jew xi ħaġa tal-biża’, ta’ periklu; theddida kbira.

    EN Imagined threat; bogeyman (figurative).

    • Toqgħodx tibża’ mill-babaw.

      Don’t be afraid of unfounded threats.

    • Fil-politika rridu nippreżentaw il-fatti mhux inbeżżgħu lin-nies bil-babaw.

      In politics, we should present facts, not scare people with bogeymen.

Frażijiet
  1. 1

    ikrah babaw

    MT Ikrah ħafna.

    EN Ugly as hell.

aġġettiv invarjabbli
  1. 1

    MT Jispikka fil-qawwa jew il-kwalità; kbir, tajjeb ħafna, liema bħalu.

    EN Terrific, amazing, impressive.

    • Kilna ikla babaw.

      We had a fantastic meal.

Familja
Għerq babaw
Nisel

Taljan babau, Sqalli bbabbau, bbabbò