bnin

bnin | bniːn |

aġġettiv
  • femminil

    bnina
  • plural

    bnini, bnien (rari)
  1. 1

    MT Ta’ togħma tajba, tieħu gost tieklu jew tixorbu.

    EN Tasty, flavoursome, palatable.

    • ikla bnina

      a delicious meal

    • laħam tari u bnin

      tender and tasty meat

    • togħma bnina

      a pleasant taste

  2. 2

    MT Sustanzjuż; (f’kuntest modern) tajjeb għas-saħħa.

    EN Wholesome, nourishing; (modern usage) healthy.

    • dieta bnina

      a wholesome, nourishing diet

    • nutrizzjoni bnina għat-tfal

      healthy diet for children

  3. 3

    MT Pjaċevoli, ta’ gost għas-sensi, ta’ ġid għall-ispirtu.

    EN Pleasant, beneficial to the spirit.

    • ir-riħa bnina tal-ħobż frisk

      the pleasant/inviting smell of fresh bread

    • tagħlim safi u bnin mill-fidi Nisranija

      pure, wholesome Christian teaching

Familja
Għerq b-n-n
benna
Nisel

Għarbi ب ن ن | b-n-n