bolla
-
plural
bolol, bolli
-
1
MT Biċċa karta żgħira, aktarx bil-pizzi, li titwaħħal mal-ittri u l-pakketti bħala ħlas għas-servizz tal-posta.
EN Postage stamp.
-
Inġemma’ l-bolol.
I collect stamps.
-
Ħarġet bolla kommemorattiva ta’ Madre Tereża.
A commemorative stamp was issued in honour of Mother Teresa.
-
-
fil-plural bolol
2MT Ħlas mill-impjegati u/jew mis-sidien tax-xogħol biex jagħmlu tajjeb għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali.
EN Social security contribution.
-
Il-bolla jħallashielek min iħaddmek.
Your social security contribution is paid by your employer.
-
-
3
MT Tikketta, reputazzjoni negattiva attribwita lil xi ħadd.
EN Label, stigma.
-
Waħħlulu l-bolla ta’ ħalliel.
He has been branded a thief.
-
-
fil-plural bolli
4MT Digriet jew dokument uffiċjali tal-Papa.
EN Papal bull, papal edict.
-
bolla tal-Papa
papal bull
-
bolla tal-iskomunika
bull of excommunication
-
Iżżewġu bil-bolli.
They married under a papal bull.
-
-
5
MT Siġill jew timbru uffiċjali.
EN Official seal, stamp.
-
Diploma bil-bolla tar-Rettur.
A diploma bearing the Rector’s seal.
-
-
informali, umoristiku
6MT Redgħa, tebgħa li tibqa’ fuq il-ġilda aktarx wara att ta’ mħabba jew mument erotiku.
EN Love bite, hickey.
-
Għandu biċċa ta’ bolla ma’ għonqu.
He has a love bite on his neck.
-
-
informali, umoristiku
7MT Tebgħa tal-ħmieġ li tibqa’ mal-qalziet ta’ taħt.
EN Skid mark, a faecal stain in underwear.
-
Għandu l-qalziet ta’ taħt bil-bolol.
He has skid marks in his underwear.
-
-
1
il-bolla balla
MT Kontribuzzjoni għas-sigurtà soċjali li tinħass kbira żżejjed.
EN A social security contribution that feels excessively high.
Sqalli bbulla