diskors
-
plural
diskorsi -
jien
diskorsi -
int
diskorsok -
hu
diskorsu -
hi
diskorsha -
aħna
diskorsna -
intom
diskorskom -
huma
diskorshom
-
1
MT Taħdita indirizzata lil udjenza, speċjalment f’kuntest pubbliku jew formali.
EN Speech, discourse.
-
Għamel diskors tajjeb ħafna.
He gave an excellent speech.
-
-
2
MT Taħdit, kliem, paroli.
EN Speech, language.
-
Ħa nibdew l-eżami, daqshekk diskors!
Let’s start the exam, enough talk!
-
Diskorsu mhu ħelu xejn.
He’s very harsh in his speech.
-
-
Kritika Letterarja
3MT Lingwaġġ strutturat; stil ta’ espressjoni.
EN Discourse (in literary criticism).
-
Ix-xogħol tal-awtur isawwar diskors poetiku dwar in-nostalġija.
The author’s work crafts a poetic discourse about nostalgia.
-
-
Lingwistika
4MT Sensiela ta’ tlissiniet marbutin li jsawru test jew konverżazzjoni.
EN Discourse (in linguistics).
-
Lingwistika
1att tad-diskors
MT Tlissina li titqies azzjoni mwettqa permezz tat-taħdit.
EN Speech act.
-
2
b’mod tad-diskors
MT Biex ngħidu hekk, bħallikieku, daqslikieku.
EN So to speak.
-
3
daħħal diskors f’ieħor
MT Qabad suġġett ieħor waqt li kien qed jitħaddet.
EN To bring up another topic in conversation.
-
Indaħħal diskors f’ieħor, kif kont bqajt mal-imgħallem?
By the way, how have things been with your boss?
-
-
4
dan x’diskors hu?
MT Twiddiba lil xi ħadd għal dak li qal jew għall-mod kif tkellem.
EN Watch your language.
-
5
dawwar id-diskors
jew qaleb id-diskors, bidel id-diskors
MT Ħareġ b’suġġett ieħor waqt konverżazzjoni; evita suġġett partikolari.
EN To change the subject; to dodge the issue.
-
Kritika Letterarja
6diskors awturjali
MT Diskors narrattiv li fih l-awtur jidher direttament bħala l-ħallieq tan-narrazzjoni.
EN Authorial discourse.
-
7
diskors dirett
jew taħdit dirett
MT Test li jirrepeti l-kliem eżatt kif intqal jew kif inkiteb, eż. “Jiena ħierġa llejla,” qalet Marta. F’kuntrast mad-diskors indirett.
EN Direct speech.
-
8
diskors indirett
jew taħdit indirett
MT Kliem li jirrapporta dak li jkun qal jew kiteb ħaddieħor permezz ta’ verbi bħal ‘qal’, eż. Marta qalet li llejla se toħroġ. F’kuntrast mad-diskors dirett.
EN Reported speech, indirect speech.
-
9
diskors fil-vojt
jew diskors fieragħ
MT Kliem bla sugu, mingħajr kontenut serju.
EN Idle talk, empty words, twaddle.
-
Parlament
10diskors tal-Kuruna
jew diskors mit-Tron
MT Diskors fil-ftuħ ta’ sessjoni parlamentari li jittratta l-aġenda u l-prijoritajiet tal-gvern.
EN The Speech from the Throne.
-
11
mod tad-diskors
MT Il-kliem li tuża u kif tqiegħdu.
EN Manner of speaking.
-
Bibliku
12id-Diskors tal-Muntanja
MT Diskors ta’ Ġesù mniżżel fil-Vanġelu skont Mattew li fih il-Beatitudnijiet u t-talba tal-Missierna.
EN The Sermon on the Mount.
-
13
diskors ta’ mibegħda
MT Lingwaġġ jew komunikazzjoni li tinstiga l-mibegħda, id-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra nies jew gruppi abbażi tal-etniċità, ir-reliġjon, l-orjentament sesswali, eċċ.
EN Hate speech.
-
14
diskors żejjed
MT Ħafna kliem mhux meħtieġ.
EN Excessive talk, unnecessary talk.
-
Għandha ħafna diskors żejjed.
She says too much.
-
-
15
figura tad-diskors
jew figura tat-taħdit
MT Kelma jew espressjoni użata b’mod figurattiv jew mhux litterali.
EN Figure of speech.
-
16
fil tad-diskors
MT L-andament loġiku u sekwenzjali ta’ raġunament, taħdita, argumentazzjoni.
EN Thread of an argument.
-
17
ġab id-diskors fuq
MT Ġab il-kliem fuq suġġett partikolari.
EN To turn the conversation to; to steer the conversation towards.
-
18
hekk diskors ieħor
MT Kwistjoni differenti, xorta oħra.
EN That’s a different matter altogether, that’s another story.
-
19
lagħab bid-diskors
MT Dawwar il-kliem kif jaqbillu, ħarab mis-suġġett.
EN To twist words to suit one’s purpose, to skirt an issue.
-
20
logħob bid-diskors
MT Manipulazzjoni tal-kliem, evitar ta’ suġġett.
EN Verbal manipulation, evasive language.
-
Grammatika
21parti tad-diskors
jew parti tat-taħdit
MT Kategorija li l-kliem jaqa’ taħtu skont il-funzjoni tiegħu fi frażi jew sentenza, bħal nom, verb, aġġettiv, prepożizzjoni.
EN Part of speech.
-
22
qabad id-diskors
MT Beda jitkellem fuq suġġett partikolari.
EN To bring up a topic.
-
23
qal hekk bid-diskors
MT Qal xi ħaġa li għadu ma wettaqhiex.
EN To be all talk and not follow through.
-
24
qatagħlu d-diskors
MT Interrompa lil xi ħadd, qatagħlu kliemu.
EN To cut someone off.
-
25
qata’ d-diskors
MT Ma kompliex jgħid xi ħaġa, waqaf ħesrem minn kliemu.
EN To stop speaking before finishing.
-
26
qata’ d-diskors ma’ xi ħadd
MT Ma baqax ikellem lil xi ħadd, qata’ l-kuntatt.
EN To be no longer on speaking terms.
-
27
żammu bid-diskors
MT Baqa’ jkellem lil xi ħadd għal tul ta’ ħin, aktarx aktar milli kien hemm bżonn.
EN To hold someone up with talk.
Taljan discorso