ffoxxna
verb
-
imperfett
jiffoxxna
-
bl-oġġett
1MT Nifed xi ħaġa b’foxxna.
EN To spear (with a fish spear).
-
Is-siċċa ffoxxnaha mill-ewwel.
He speared the cuttlefish straight away.
-
-
bl-/bla oġġett
2MT Ħataf l-ikel, iffanga, kiel kemm felaħ.
EN To gorge oneself, to eat greedily.
-
Iffoxxnah platt għaġin.
He wolfed down a plate of pasta.
-
Trid tarahom jiffoxxnaw fil-gallettini.
You should see them gorging on the biscuits.
-
-
bla oġġett
3MT Ħataf (flus, riżorsi, eċċ.) bla rażan, aktarx b’mod diżonest, minn fuq dahar ħaddieħor.
EN To line one’s pockets.
-
Il-ħbieb tal-ħbieb ikomplu jiffoxxnaw u jistagħnew.
Friends of friends keep lining their pockets and getting richer.
-
Familja
Nisel
Mibnija fuq foxxna mill-Isqalli fùscina, fròçina