frenża

fren.ża | ˈfrɛnzɐ |

nom femminil
  • plural

    freneż, frenżi (rari)
  1. 1

    MT Troffa xagħar li aktarx titħalla nieżla fuq il-moħħ.

    EN Fringe, bangs.

    • Il-frenża naqtagħha jew inħalliha?

      Should I get my fringe cut or leave it?

  2. 2

    MT Ix-xagħar taż-żiemel li jinżel minn bejn widnejh għal fuq ġbinu.

    EN Forelock (horse).

  3. 3

    MT Burdura bix-xniexel li ssibha, fost oħrajn, f’xi libsa, purtiera jew tużell.

    EN Fringe, a decorative border of hanging threads.

    • Il-pendenti tat-tużell kienu rrakkmati bid-deheb u jispiċċaw bil-freneż u l-ġmiemen.

      The canopy pendants were embroidered with gold and finished with fringe and tassels.

Familja
Għerq frenż, fr-n-ż
ffrenża
Nisel

Sqalli frinza