gaffa

gaf.fa | ˈgɐffɐ |

nom femminil
  • plural

    gafef
  1. 1

    MT Magna għat-tħaffir, il-ġarr u t-tagħbija ta’ materjal goff bħal ħamrija, ġebel u skart.

    EN Excavator, loader.

    • Daħlu bil-gafef biex ineħħu l-ħamrija.

      They went in with excavators to remove the soil.

  2. anki avverbjali

    2

    MT Qawwa kbira u bla konsiderazzjoni li tgħaddi minn fuq kollox.

    EN To bulldoze, to act in a bulldozing manner.

    • Il-Gvern baqa’ għaddej gaffa minn fuq ir-regoli ambjentali.

      The Government bulldozed through the environmental regulations.

    • Għadda bħal gaffa minn fuq ir-residenti.

      He rode roughshod over the residents.

  3. sajd tradizzjonali

    3

    MT Għodda twila b’żewġ ponot tal-metall kemm kemm mgħawġin fit-tarf, li biha jaqbdu r-rizzi.

    EN Sea urchin tongs.

    • Meta jara r-rizzi, is-sajjied kien iniżżel il-gaffa taħt ir-rizza u jaqlagħha bi skoss.

      When he spots a sea urchin, the fisherman would lower the gaff beneath it and jerk it loose.

  4. nawtiku

    4

    MT Il-parti ċatta tal-ankra li taqbad mal-qiegħ.

    EN Palm (of an anchor fluke)

  5. nawtiku

    5

    MT Lasta li magħha tintrabat il-parti ta' fuq ta' randa (qlugħ).

    EN Gaff (part of gaff-rigged sail)

Frażijiet
  1. 1

    qisu gaffa

    jew donnu gaffa

    MT Min jiekol ħafna, wikkiel, żaqqieq.

    EN A voracious eater, someone with a big appetite.

    MT Min dejjem jaqbad l-aħjar karti fil-logħob tal-karti.

    EN Someone who always gets the best hand in card games.

  2. 2

    għamel gaffa

    jew għamel gaff

    MT Azzjoni li twaqqgħek għaċ-ċajt.

    EN To make a gaffe, to commit a faux pas.

Familja
Għerq g-f-f, gaff
Nisel

Taljan gaffa