investa1

in.ves.ta | ɪnˈvɛstɐ |

nom femminil
  • plural

    investi
  1. 1

    MT Borża tad-drapp, jew materjal ieħor, li ddaħħal l-imħadda fiha.

    EN Pillowcase.

    • Dalgħodu bdilt l-investi.

      This morning I changed the pillowcases.

Familja
Għerq invest
Nisel

Sqalli nvesta

investa2

in.ves.ta | ɪnˈvɛstɐ |

verb
  • imperfett

    jinvesti
  1. bl-/bla oġġett

    1

    MT Ħaddem il-flus, ir-riżorsi jew il-kapital f’attività jew assi għall-profitt jew għal xi gwadann ieħor.

    EN To invest (financial).

    • Il-kumpanija investiet żewġ biljuni fl-intelliġenza artifiċjali.

      The company invested two billion in artificial intelligence.

    • Ħafna nies jinvestu fil-ġebla.

      Many people invest in property.

  2. umoristiku, bla oġġett

    2

    MT Xtara, akkwista xi ħaġa.

    EN To buy or acquire something.

    • Fl-aħħar investejt f’arloġġ ġdid.

      I finally treated myself to a new watch.

  3. bl-oġġett

    3

    MT Iddedika l-ħin jew l-enerġija f’xi ħaġa bħal xi inizjattiva jew relazzjoni.

    EN To invest, devote (time, effort, etc.).

    • L-għalliema jinvestu ħinhom biex isebbħu l-klassi.

      Teachers devote their time in making the classroom more beautiful.

  4. bl-oġġett

    4

    MT Ħabat, laqat, tajjar lil xi ħadd, l-aktar b’mezz ta’ trasport.

    EN To hit, to run over.

    • Investieha mutur u ħallieha tal-kolp.

      She was knocked down by a motorbike and died at the scene.

    • Il-luzzu investa frejgatina.

      The luzzu collided with a frejgatina.

  5. bl-oġġett

    5

    MT Formalment ta lil xi ħadd l-awtorità, is-setgħa, il-pussess jew xi grad uffiċjali.

    EN To invest, endow, confer.

    • Il-parlament investa lir-reġina b’setgħat assoluti.

      Parliament invested the queen with absolute powers.

  6. l-aktar Għawdex, bla oġġett

    6

    MT Meta jgħaddi l-kurrent f’post magħluq.

    EN To let in a draught.

    • Iftaħ il-bieb u t-tieqa ħalli jinvesti.

      Open the door and the window to let some air in.

    Sinonimi: fenda (djalettali)

Familja
Għerq invest
investitur
Nisel

Taljan investire