kafè
-
plural
kafejiet, kafenijiet (rari)
-
1
MT Xarba sħuna u skura magħmula mill-kafeni inkaljati u mitħunin.
EN Coffee (drink).
-
Inħobbha ħafna r-riħa tal-kafè.
I love the smell of coffee.
-
magna tal-kafè
coffee machine
-
mitħna tal-kafè
coffee grinder
-
stanjata tal-kafè
coffee pot
-
-
2
MT Tazza jew kikkra kafè.
EN A cup of coffee.
-
Qabel norqod nieħu kafè.
I have a coffee before bed.
-
-
3
MT Kafeni, nejjin, inkaljati u mitħunin, jew trab, li jinħallu fil-misħun.
EN Coffee beans.
-
Trid ftit kafè tat-tisjir?
Do you want some ground coffee?
-
-
4
MT Ħanut tal-kafè.
EN A café, coffee shop.
-
Il-kafejiet u r-ristoranti tax-xatt għadhom magħluqin.
The seafront cafés and restaurants are still closed.
-
-
5
MT Arbuxell tal-ġens Rubiaceae li minnu nġibu l-kafeni. Taqsima: Coffea.
EN Coffee plant.
-
1
bagħtu jieħu kafè
MT Keċċieh, bagħtu jixxejjer.
EN To send someone packing.
-
Dejqitni u bgħattha tieħu kafè.
I got fed up with her and sent her packing.
-
-
2
fond tal-kafè
MT Il-fdal tal-kafè mitħun li jibqa’ fil-qiegħ meta jinxtorob jew jissajjar.
EN Coffee dregs.
-
3
kafè-le-xantè
jew kafè xantan, kafè kunċert
MT Ħanut tal-kafè bil-kant, id-daqq u divertiment ħafif, popolari l-aktar fl-Ewropa lejn il-bidu tas-seklu 20.
EN Café-chantant.
-
4
lewn il-kafè
MT Kulur kannella skur.
EN Coffee colour.
-
5
ma jiswiex kafè
MT Ma jiswa għal xejn.
EN Worthless, useless.
-
Jidher kollu arja imma ma jiswiex kafè.
He looks full of himself but he’s not worth anything.
-
-
6
ma jiswiex kafè
MT Mhux f’sikktu, għajjien.
EN To feel unwell, to be out of sorts.
-
Illum ma niswiex kafè.
I’m not feeling well today.
-
Sqalli cafè