kapaċi

ka.pa.ċi | kɐˈpɐːʧɪ |

aġġettiv invarjabbli
  1. 1

    MT Jaf jagħmel xi ħaġa, jinqala’ biex jagħmilha.

    EN Able, capable.

    • Mhix kapaċi ssolvi l-problema waħedha.

      She isn’t able to solve the problem on her own.

  2. 2

    MT Ta’ ħila kbira, jinqala’, bravu ħafna.

    EN Remarkably capable, competent, accomplished.

    • Ħuk bniedem kapaċi.

      Your brother is a capable person.

    • kapaċi fil-mużika

      musically talented

    • mhu kapaċi għal xejn

      good-for-nothing

  3. oġġett jew materjal

    3

    MT Ta’ kwalità tajba, xieraq.

    EN Suitable, of good quality, fit for purpose.

    • Dan mhux laħam kapaċi.

      This isn’t good-quality meat.

    • L-injam mhux kapaċi għall-għamara.

      This wood isn’t suitable for furniture.

    • drapp mhux kapaċi

      fabric of poor quality

  4. Liġi

    4

    MT Għandu kapaċità legali.

    EN Legally competent, having legal capacity.

    • Id-debitur ma jistax ikun minuri jew persuna mhux kapaċi skont il-liġi.

      The debtor cannot be a minor or a person who is legally incapable.

Frażijiet
  1. 1

    ġabu kapaċi

    MT Fakkar lil xi ħadd, ġabu insè, qanqal tifkira.

    EN To remind someone.

    • Ħa nġibek kapaċi jien, u tiftakar żgur.

      I’ll jog your memory and you’ll remember for sure.

avverb
  1. 1

    MT Għandu mnejn, jista’ jkun li, abbli, possibbli, probabbli.

    EN Possibly, might, may, there is a chance that.

    • L-għajnuna tagħna kapaċi ma tkunx biżżejjed.

      Our help might not be enough.

    • Kapaċi tagħmel ix-xita llejla.

      It might rain tonight.

Familja
Għerq kapaċ
Nisel

Sqalli capaci, Taljan capace