kappell
-
plural
kpiepel
-
1
MT Ilbies tar-ras, ġeneralment b’parti għolja fin-nofs u b’falda mad-dawra.
EN Hat.
-
Liebes kappell tat-tibna.
He’s wearing a straw hat.
-
-
2
MT Il-parti tat-tarf ta’ sebgħa tal-id jew tas-sieq.
EN Fingertip, tip of a toe.
-
Tajjar il-kappell ta’ sebgħu mal-bankina.
He tore off the tip of his toe on the curb.
-
-
3
MT L-għatu tal-għajn, il-ġilda li tgħatti l-għajn.
EN Eyelid.
-
Għandi l-kappell ta’ għajni minfuħ.
My eyelid is swollen.
-
-
4
MT Il-parti ta’ fuq ta’ xi ħaġa, speċjalment meta tixbah għatu.
EN Top, cap.
-
il-kappell tal-bajda
the top of a boiled egg that is broken off before eating
-
Qabel issajjar il-ful, tajjarlu l-kappell.
Before cooking the broad beans, trim off their tips.
-
-
5
MT Rwol jew kariga li persuna taqdi f’kuntest partikolari.
EN Hat, capacity, role.
-
Hawn qed nitkellem bil-kappell ta’ membru tal-kumitat.
Here I am speaking in my capacity as a committee member.
-
-
6
MT Organizzazzjoni, awtorità jew qafas li jiġbor fih diversi entitajiet jew attivitajiet.
EN Umbrella, heading, framework.
-
L-Ombudsman u l-Awditur Ġenerali jaqgħu taħt il-kappell tal-Parlament.
The Ombudsman and the Auditor General come under the umbrella of Parliament.
-
-
Ortografija
7MT Sinjal għamla ta’ ^ li f’xi lingwi jitqiegħed fuq xi ittri.
EN Circumflex.
-
Il-kelma Franċiża ‘fête’ għandha kappell fuq l-e.
The French word ‘fête’ has a circumflex over the e.
Sinonimi: aċċent ċirkumfless, soqqaf
-
-
Arkitettura
8MT Għata li tisporġi fuq bieb jew tieqa, ġeneralment biex tilqa’ x-xita.
EN Canopy, hood.
Sinonimi: parakkwa
-
vulgari
9MT Il-ġilda li tgħatti ras il-pene u tista’ tinġibed lura.
EN Foreskin, prepuce.
-
Dejjaqtli l-kappell ta’ ras żobbi.
You’ve got on my bloody nerves.
Sinonimi: ġarretta, prepuzju
-
-
1
bil-kappell li kellu sellimlu
MT Qdieh kif seta’, skont il-mezzi li kellu.
EN To help someone as best one can, do what one can for someone.
-
2
ħareġ fenek mill-kappell
MT Ħareġ b’xi soluzzjoni, idea jew manuvra mhux mistennija, speċjalment biex joħroġ minn xi diffikultà.
EN To pull a rabbit out of the hat.
-
3
kappell barmil
MT Kappell artab b’quċċata ċatta u falda li tinżel ’l isfel mad-dawra kollha.
EN Bucket hat.
-
4
kappell derby
MT Kappell iebes tal-feltru, b’koppla tonda u falda dejqa mtellgħa fit-truf.
EN Bowler hat; derby hat.
-
5
kappell ftila
jew kappell musbieħ
MT Kappell b’falda wiesgħa, ġeneralment tal-feltru; lobbja.
EN Broad-brimmed hat; felt hat.
-
6
kappell kloxx
MT Kappell għamla ta’ qanpiena, li joqgħod mar-ras.
EN Cloche hat.
-
7
kappell lobbja
MT Kappell magħmul minn pannu artab li jżomm il-forma tiegħu, b’falda mad-dawra u faxxa b’ċoff, spiss b’għafsa fil-koppla.
EN Felt hat; homburg.
-
8
kappell ma jmejjilx lill-ieħor
MT Meta nies tal-istess professjoni jew grupp iħarsu l-interessi ta’ xulxin u jevitaw li jikxfu n-nuqqasijiet ta’ xulxin.
EN Dog does not eat dog.
-
9
kappell nofs tomna
MT Kappell iebes, tal-feltru, b’koppla ovali.
EN Stiff felt hat with an oval crown.
-
10
kappell pastizz
MT Kappell tradizzjonali tal-irġiel b’għafsa minn tul il-koppla tiegħu.
EN Fedora.
-
Kulħadd kien jilbes skur, l-irġiel bil-libsa tad-djagunar jew ċoff iswed bil-kappell pastizz jew nofs tomna.
Everyone used to dress in dark colours, the men wore a ‘djagunar’ suit or a black suit with a black bow tie, together with a fedora or a low top hat.
-
-
11
kappell pillbox
MT Kappell żgħir u tond, bla falda, ċatt minn fuq u bil-ġnub dritti.
EN Pillbox hat.
-
12
kappell tal-cowboys
MT Kappell b’koppla għolja u falda wiesgħa, tipiku tal-cowboys.
EN Cowboy hat.
-
13
kappell tal-feltru
MT Kappell magħmul mill-feltru.
EN Felt hat.
-
14
kappell tal-fosdoq
MT Saff ta’ qxur, żerriegħa u fdalijiet oħra tal-għeneb li jitla’ fil-wiċċ waqt il-fermentazzjoni tal-most.
EN Fermentation cap.
-
15
kappell tal-koki
MT Kappell li jintlibes mill-koki, aktarx abjad, għoli u bit-tinjiet.
EN Chef’s hat; toque.
-
16
kappell tal-Messikani
MT Kappell b’koppla għolja u falda wiesgħa ħafna, tipiku tal-Messiku.
EN Sombrero.
-
17
kappell tal-perċiera
MT Kappell żgħir li jintlibes immejjel fuq quddiem jew fuq naħa tar-ras.
EN Percher hat.
-
18
kappell tal-qassisin
MT Kappell tradizzjonali tal-qassisin, ġeneralment iswed u tal-feltru, b’falda wiesgħa mad-dawra.
EN Clerical hat.
-
19
kappell tar-ross
jew kappell tal-Panama
MT Kappell magħmul mit-tiben tar-ross.
EN Rice-straw hat; Panama hat.
-
20
kappell tat-tibna
jew kappell tat-tiben
MT Kappell magħmul mit-tiben.
EN Straw hat.
-
21
kappell tat-trizza
MT Kappell magħmul minn trizza ta’ tiben jew fibri oħra mill-pjanti.
EN Plaited-straw hat.
-
22
kappell trespikos
MT Kappell bi tliet ponot, li kien jintlibes mill-qassisin.
EN Three-cornered clerical hat.
-
23
kaxxa tal-kappell
MT Kaxxa, aktarx ċilindrika, li fiha ġġorr jew terfa’ kappell.
EN Hatbox.
-
24
ma jitlifx kappellu fil-folla
jew ma jitlifx berittu fil-folla
MT Jaf x’jaqbillu u kif jista’ jikseb vantaġġ għalih innifsu.
EN To know which side one’s bread is buttered on.
-
25
neżagħlu l-kappell
jew qalagħlu l-kappell
MT Wera ammirazzjoni jew rispett lejn xi ħadd għal dak li għamel jew kiseb.
EN To take one’s hat off to someone.
-
26
nofs kappell
MT Kappell żgħir għamla ta’ nofs qamar li jgħatti parti mir-ras.
EN Crescent hat, half hat.
-
27
qabad il-kappell
MT Wera li kien se jitlaq jew li ma riedx jibqa’ aktar.
EN To make ready to leave, signal one’s intention to leave.
-
28
rasu għall-kappell biss
jew rasu għall-kappell tajba
MT Ħmar, stupidu, mhux intelliġenti.
EN Not the sharpest tool in the box.
-
29
sab kappell jiġih
MT Iltaqa’ ma’ xi ħadd li jista’ jiqaflu, ilaħħaq miegħu u jsiblu tarfu.
EN To meet one’s match.
Taljan cappello