kitla
-
plural
ktieli
-
1
MT Kontenitur li bih tgħalli l-ilma, ġeneralment b’manku, għatu u żennuna.
EN Kettle, teakettle.
-
Tfajt il-kitla fuq in-nar.
I put the kettle on the stove.
-
M’għandniex kitla tad-dawl/tal-elettriku.
We don’t have an electric kettle.
-
-
2
MT Il-kontenut tal-kitla; kemm tesa’ l-kitla.
EN The contents of a kettle; the kettle’s capacity.
-
Il-kitla qed tagħli.
The kettle is boiling.
-
-
rari
1dendlet il-kitla
MT Telqet lin-namrat li kellha biex qabdet ieħor.
EN She left her partner/lover to be with another.
-
2
rabatlu l-kitla
MT Ma ħalliehx ħieles jgħid u jagħmel li jrid; rażżnu, illimitah.
EN To have someone on a short leash.
-
Mindu żżewweġ, rabtitlu l-kitla – m’għadux jiġi l-każin.
Ever since he got married, she’s had him on a short leash – he doesn’t come to the club anymore.
-
Ingliż kettle