kuċċarina

kuċ.ċa.ri.na | kʊʧʧɐˈriːnɐ |

nom femminil
  • plural

    kuċċarini
  1. 1

    MT Pożata, mgħarfa żgħira.

    EN Teaspoon (utensil).

    • Tini kuċċarina tal-plastik.

      Give me a plastic teaspoon.

  2. 2

    MT Kemm joqgħod f’kuċċarina, il-kontenut tagħha.

    EN A small amount, a teaspoonful.

    • kuċċarina zokkor

      a teaspoonful of sugar

  3. 3

    MT Kejl tat-tisjir.

    EN Teaspoon (measurement).

    • Żid kuċċarina essenza tal-vanilla.

      Add 1 teaspoon of vanilla essence.

Frażijiet
  1. Ekwitazzjoni

    1

    paletta tal-kuċċarina

    MT Ħadida li titlibbes liż-żiemel tal-ġiri biex hu u jiġri ma jgħaddasx rasu.

    EN Horse’s spade bit.

  2. informali, umoristiku

    2

    żelqitlu kuċċarina

    jew ħarġitlu kuċċarina, ħarbitlu kuċċarina

    MT Beża’, twerwer, inħasad, ħa qatgħa.

    EN To be scared stiff.

Familja
Għerq kuċċar
Nisel

Sqalli cucciarina