lenti

len.ti | ˈlɛntɪ |

nom femminil
  • plural

    lentijiet
  1. 1

    MT Biċċa ħġieġ, plastik jew materjal trasparenti ieħor, maħduma biex tiġbor jew tifrex ir-raġġi tad-dawl.

    EN Lens.

    • lenti tal-kamera

      camera lens

    • lenti tan-nuċċali

      spectacle lens

    • lenti ħoxna

      thick lens

  2. 2

    MT Strument b’lenti li tkabbar, xi drabi b’maqbad, li biha tista’ tara aħjar kitba rqiqa jew affarijiet żgħar.

    EN Magnifying glass.

    • Trid lenti biex taqraha, tant jikteb irqiq.

      You need a magnifying glass to read it; his handwriting is so tiny.

  3. 3

    MT Parti trasparenti fl-għajn, wara l-iris, li biha d-dawl jiġi ffukat fuq ir-retina.

    EN Crystalline lens.

    • Il-lenti tal-għajn tiċċajpar meta jkollok katarretta.

      The lens of the eye becomes cloudy when you have a cataract.

    Sinonimi: lenti kristallina

  4. 4

    MT Mod partikolari kif tħares lejn xi ħaġa jew tinterpretaha.

    EN Perspective.

    • Ejja ma nħarsux lejn it-traffiku mil-lenti politika.

      Let’s not look at traffic through a political lens.

Frażijiet
  1. 1

    lenti konkava

    MT Lenti milwija ’l ġewwa li tifrex ir-raġġi tad-dawl.

    EN Concave lens.

  2. 2

    lenti konvessa

    MT Lenti milwija ’l barra li taqbad ir-raġġi tad-dawl.

    EN Convex lens.

  3. 3

    lenti b’għajn waħda

    MT Lenti li titqiegħed quddiem għajn waħda biex tgħin il-vista.

    EN Monocle.

  4. 4

    taħt il-lenti

    MT Suġġett għal osservazzjoni jew eżami bir-reqqa.

    EN Under scrutiny, under close examination.

    • Il-proġetti spiċċaw taħt il-lenti tal-Awditur Ġenerali.

      The projects came under the Auditor General’s scrutiny.

  5. offensiv

    5

    qiegħ ta’ flixkun

    jew nuċċali qiegħ ta’ flixkun, lenti qiegħ ta’ flixkun

    MT Lenti ta’ nuċċali ħoxna ħafna.

    EN Bottle-bottom lens, jam-jar glasses.

    • Ir-referì għandu bżonn nuċċali b’lenti qiegħ ta’ flixkun.

      The ref must be blind! He needs glasses as thick as bottle bottoms!

Familja
Għerq lent
Nisel

Taljan lente

Aġġornata l-aħħar f’.