messaġġ

mes.saġġ | mɛsˈsɐʧʧ |

nom maskil
  • plural

    messaġġi
  1. 1

    MT Biċċa informazzjoni, bħal xi aħbar, avviż jew nota, li tgħaddi bil-fomm, bil-kitba jew b’recording, fost oħrajn.

    EN Message (communication).

    • Ħallejtlek messaġġ fuq l-iskrivanija.

      I left you a message on your desk.

  2. 2

    MT Kitba elettronika li tibgħatha u tirċeviha bil-mobile jew xi apparat ieħor.

    EN Text message, SMS.

    • Jibgħat ħafna messaġġi, ma jħobbx iċempel.

      He texts a lot, he doesn’t like calling.

  3. 3

    MT Punt ċentrali, l-aktar f’kuntest politiku, soċjali jew reliġjuż.

    EN Core message, key point.

    • Il-kampanja twassal messaġġ favur is-saħħa mentali.

      The campaign gets its message across in support of mental health.

  4. 4

    MT Il-qofol tal-kontenut ta’ ktieb, film jew xogħol artistiku.

    EN Core message, central theme, underlying message.

    • L-istudenti raw il-film u rriflettew fuq il-messaġġ tiegħu.

      The students watched the film and reflected on its message.

  5. 5

    MT Diskors solenni ta’ xi awtorità.

    EN Address, message.

    • Fil-messaġġ tar-Randan, il-Papa ffoka fuq il-faqar.

      In his Lenten message, the Pope focused on poverty.

  6. 6

    MT Ġabra ta’ prinċipji u tagħlim li jinfluwenzaw il-ħsieb u l-għemil.

    EN Principles, core values.

    • il-messaġġ ta’ Gandhi

      Gandhi’s message

    • il-messaġġ Evanġeliku

      the Gospel message

Frażijiet
  1. 1

    bagħat messaġġ

    MT Għamel stqarrija b’saħħitha, wassal sinjal ċar.

    EN To send a message, to make a statement.

    • Fl-aħħar elezzjoni l-poplu bagħat messaġġ qawwi.

      In the last election, the people sent a strong message.

  2. 2

    ħadu l-messaġġ

    jew wasallu l-messaġġ

    MT Qabad is-sens impliċitu ta’ kelma jew azzjoni; ħadha l-botta.

    EN To get the message.

    • Baqgħet ma weġbitnix u l-messaġġ ħadtu.

      She didn’t reply, so I got the message.

  3. 3

    messaġġ promozzjonali

    MT Komunikazzjoni verbali jew viżiva li tippromwovi prodott jew servizz, l-aktar fix-xandir.

    EN Commercial, advertisement.

  4. 4

    messaġġ subliminali

    MT Messaġġ indirett jew moħbi li jinfluwenza, b’mod inkonxju, il-ħsieb jew l-imġiba ta’ xi ħadd.

    EN Subliminal message.

Familja
Għerq messaġġ
messaġġier
Nisel

Taljan messaggio