najxu

naj.xu | ˈnɐjʃʊ |

aġġettiv
  • femminil

    najxa
  • plural

    najxi
  1. 1

    MT Bla ħeġġa, artab, ġwejjed.

    EN Meek, gentle, mild.

    • Mhix tfajla najxa li toqgħod kif tqegħedha.

      She’s not a meek girl who just does as she’s told.

Frażijiet
  1. 1

    najxu najxu

    MT Kalm ħafna; jilgħabha tar-rieqed imma jagħmel minn taħt.

    EN Very meek, mousy; meek on the surface, scheming underneath.

    • Joqgħod hemm najxu najxu u jagħmel minn taħt.

      He sits there acting all meek, while quietly pulling the strings.

    • L-ewwel jidħlu najxi najxi u wara jaraw kif se japprofittaw ruħhom.

      They start off all meek, then look for ways to exploit things to their advantage.

Familja
Għerq najx
Nisel

Sqalli nàcciu, nàcchiu