pastizz

pas.tizz | pɐsˈtɪtsts |

nom maskil
  • plural

    pastizzi
  1. 1

    MT Għaġina, aktarx sfiljurata jew tax-xema’, mimlija bl-irkotta, bil-piżelli jew xi mili ieħor.

    EN Pastizz (savoury pastry typically filled with ricotta or peas).

    • tużżana pastizzi

      a dozen pastizzi

    • turtiera pastizzi

      a tray of pastizzi

    • pastizz tal-ħaxu

      pastizz, usually filled with ricotta, less common with peas

    • pastizz tax-xema’

      shortcrust pastizz

    • pastizz tal-isfoll

      puff pastry pastizz

    Sinonimi: zizzu (kelma tat-tfal)

  2. informali, umoristiku

    2

    MT Il-parti intima tan-nisa, il-vulva.

    EN The female genitalia, the vulva.

  3. informali, umoristiku

    3

    MT Xi ħadd bla ħeġġa, artab f’għemilu, bla ħila ta’ xejn.

    EN A weak, spineless person, a good-for-nothing.

    • Ejja ċaqlaq, qisek pastizz!

      Come on, move it, you useless lump!

    Sinonimi: pastizzu

  4. 4

    MT Beritta nofs tond, għall-ponta miż-żewġ naħat, li ġeneralment jilbsuha l-bandisti nisa.

    EN Side cap.

    Sinonimi: ravjula, maqrut

Frażijiet
  1. 1

    bħall-pastizzi

    MT Fi kwantità kbira, malajr u bla kontroll.

    EN Like hot cakes; left, right, and center.

    • Il-permessi tal-bini ħerġin bħall-pastizzi.

      Building permits are being issued left, right, and center.

    • Fis-sajf il-fannijiet jinbiegħu bħall-pastizzi.

      In summer, fans sell like hot cakes.

  2. 2

    kappell pastizz

    MT Kappell tradizzjonali tal-irġiel b’għafsa minn tul il-koppla tiegħu.

    EN Fedora.

    • Kulħadd kien jilbes skur, l-irġiel bil-libsa tad-djagunar jew ċoff iswed bil-kappell pastizz jew nofs tomna.

      Everyone used to dress in dark colours, the men wore a ‘djagunar’ suit or a black suit with a black bow tie, together with a fedora or a low top hat.

  3. l-aktar Għawdex

    3

    pastizz tal-ġobon

    MT Pastizz tal-irkotta.

    EN Ricotta pastizz.

  4. 4

    tal-pastizzi

    MT Pastizzar, min jagħmel jew ibigħ il-pastizzi.

    EN Pastizzi maker or seller.

    MT Pastizzerija, ħanut li jbigħ il-pastizzi.

    EN Pastizzi shop.

  5. informali

    5

    dejjaqlu l-pastizz

    jew qażżiżlu l-pastizz

    MT Xebbgħu għall-aħħar, dejqu sal-ponta ta’ mnieħru.

    EN To piss someone off, to drive someone up the wall.

  6. informali

    6

    għala l-pastizz

    jew x’għala l-pastizz

    MT Ma jimpurtah minn xejn, indifferenti.

    EN Couldn’t give a damn.

    • X’int għala l-pastizz!

      Don’t you care at all!

    • Ġiet għala l-pastizz minn kulħadd.

      She didn’t give a damn about anyone.

Familja
Għerq pastizz
Nisel

Sqalli pastizzu