penti

pen.ti | ˈpɛntɪ |

nom maskil
  • plural

    pentis
  1. 1

    MT Qalziet ta’ taħt għamla triangolari; kwalunkwe qalziet ta’ taħt.

    EN Underpants.

    • Fejn inżajtu l-penti?

      Where did you take off your underpants?

    • Għandek il-penti jidher.

      Your underpants are showing.

Frażijiet
  1. 1

    Twenty – żelaqlek fil-penti

    jew Twenty – waqagħlek il-penti

    MT Logħba bil-kliem jew ċajta, bir-rima u bla tifsira partikolari. It-tieni parti tingħad bħala tweġiba umoristika.

    EN A wordplay rhyme or nonsense joke, which literally translates to: twenty – it slipped into your underpants.

Nisel

Ingliż panties