pinġa
jew penġa
-
imperfett
jpinġi
-
bl-/bla oġġett
1MT Ħoloq stampa jew disinn bil-lapes, bil-kulur, biż-żebgħa jew b’mezzi oħra.
EN To draw, paint, sketch.
-
Iħobb ipinġi biż-żejt u bil-watercolours.
He enjoys painting with oils and watercolours.
-
-
bl-/bla oġġett
2MT Ta l-kulur.
EN To colour, fill with colour.
-
Il-baħar pinġih blu.
Colour the sea blue.
-
-
bl-oġġett
3MT Iddeskriva, irrappreżenta.
EN To portray, present, depict.
-
Xi gazzetti jpinġu lil pajjiżna f’dawl ħażin/ikrah.
Some newspapers paint our country in a negative light.
-
-
bl-oġġett
4MT Immaġina, stħajjel.
EN To imagine.
-
L-affarijiet qed tpinġihom kif mhumiex.
You’re misrepresenting or distorting reality.
-
-
bl-oġġett
5MT Għamel tpinġija fuq parti minn ġismu.
EN To get a tattoo, to get inked.
-
Ħa jpinġi komma sħiħa.
He is going to get a full sleeve tattooed.
-
Pinġiet qalb fuq spallitha.
She got a heart inked on her shoulder.
-
-
bl-oġġett
6MT Għamel tpinġija fuq ħaddieħor.
EN To ink, to mark with a tattoo or tattoos.
-
Hemm xi ħadd ipinġi s-Siġġiewi?
Is there a tattoo artist in Siġġiewi?
-
Fejn se tgħidlu jpinġihulek isem it-tifel?
Where are you getting your son’s name inked?
-
-
1
kif tarani pinġini
MT M’għandi xejn aktar minn kif qed tarani; m’jien naħbi xejn minnek.
EN What you see is what you get.
-
Kif int? Kif tarani pinġini.
How are you? What you see is what you get.
-
-
2
li jpinġilu (moħħu)
MT Kif jiftillu, kif jogħġbu jagħmel.
EN To do whatever one feels like.
-
Tagħmel li jpinġilha moħħha.
She does as she pleases.
-
-
3
ma tpinġihx
MT Sabiħ ħafna, ipaxxik.
EN Stunning, gorgeous, picture-perfect.
-
Wiċċha ma tpinġihx.
She has such a pretty face.
-
-
4
pinġa stampa
MT Iddeskriva lil xi ħaġa jew lil ħadd b’mod partikolari.
EN To paint a picture of.
-
Ir-rapport ipinġi stampa realistika tas-sitwazzjoni.
The report paints a realistic picture of the situation.
-
Taljan pingere