qaqa

qa.qa | ˈʔɐːʔɐ |

verb 3 forma
  • imperfett

    jqaqi
  1. bla oġġett

    1

    MT It-tiġieġ għamel il-ħoss tipiku tiegħu, l-aktar meta jbid.

    EN To cackle.

    • Il-qroqqa qed tqaqi.

      The broody hen is cackling.​​

  2. bla oġġett

    2

    MT Daħak jgħajjat, qisu tiġieġa.

    EN To laugh harshly, to cackle.

    • Kif ratu dieħel bil-kostum, infexxet tqaqi.

      As she saw him come in wearing the costume, she burst into cackling laughter.

  3. fl-imperfett, bla oġġett

    3

    MT Daħka qawwija, qisha l-ħoss tat-tiġieġ.

    EN Harsh, cackling laugh.

    • Għandu daħka tqaqi.

      He has a cackling laugh.

  4. bla oġġett

    4

    MT Għajjat, b’ħanġra daqsiex.

    EN To squawk noisily; to rant.

    • Il-kotra qabdet tqaqi, “Razzist!”

      The crowd shouted mindlessly, “Racist!”

  5. bla oġġett

    5

    MT Ftaħar.

    EN To brag, talk boastfully.

    • Erħilha tqaqi.

      She just won’t stop bragging.

Familja
Għerq q-q-j
Nisel

Għarbi ق و ق | q-w-q