sefter
-
bla oġġett
1MT Qeda lil xi ħadd, għamel il-faċendi daqslikieku kien seftur.
EN To wait on someone hand and foot; to attend to someone’s every need.
-
Insieha li se nseftirlek, m’iniex il-qaddejja tiegħek.
Forget about me waiting on you hand and foot, I’m not your servant.
-
-
bla oġġett
2MT Ħadem ta’ qaddej.
EN To work as a maid or servant.
-
Ommu kienet issefter mal-Ingliżi.
His mother worked as a maid for the British.
-
Jien xogħli nsefter, mhux nilħaq salib in-nies.
I’m just the maid – I do my job and keep out of people’s business.
-
-
bla oġġett
3MT Għex b’mod servili, l-aktar f’kuntest politiku u kolonjali.
EN To serve another’s interests in a politically or institutionally subordinate way.
-
Il-poplu Malti kien xeba’ jsefter lill-barrani.
The Maltese people were fed up with serving foreign powers.
-
Mibnija fuq it-Taljan servitore