sptar
-
plural
sptarijiet
-
1
MT Binja jew istituzzjoni medika fejn il-morda jew il-midruba jingħataw il-kura; faċilità medika li tagħti trattament speċjalizzat.
EN Hospital.
-
Mort nara liz-zija l-isptar.
I went to visit my aunt in hospital.
-
sptar psikjatriku
psychiatric hospital
-
sptar tal-anzjani
hospital for the elderly, geriatric hospital
-
sptar tal-annimali
animal hospital
-
-
1
bagħtu l-isptar
MT Ferieh gravi, darbu serjament bid-daqqiet li tah.
EN To seriously injure someone.
-
Jekk jiġi taħt idejja, l-isptar nibagħtu.
If I get hold of him, I’ll send him to hospital.
-
-
2
daħal l-isptar
MT Ġie rikoverat.
EN To be admitted to hospital.
-
It-tarbija li daħlet l-isptar ħallietna dalgħodu.
The baby who was admitted to hospital passed away this morning.
-
-
3
gwardjan tal-isptar
MT Impjegat ta’ sptar li jassisti lill-pazjenti u jgħin lill-kollegi tal-isptar.
EN Hospital attendant.
-
4
ħareġ mill-isptar
MT Illiċenzjawh, bagħtuh id-dar.
EN To be discharged from hospital.
-
In-nanna ħarġet mill-isptar?
Has Grandma been discharged from hospital?
-
-
5
riħa ta’ sptar
jew riħa ta’ sptarijiet
MT Riħa li tfakkrek fl-ambjent ta’ sptar.
EN The characteristic hospital smell.
-
Daħħluna f’kamra riħa ta’ sptarijiet.
They put us in a room that smelled of a hospital.
-
-
6
sptar tal-infetti
MT Istituzzjoni medika għall-pazjenti bil-pesta.
EN Pesthouse.
Sqalli spitari, spitali