stilla

stil.la | ˈstɪllɐ |

nom femminil
  • plural

    stilel, stilli (storiku)
  1. Astronomija

    1

    MT Massa sferika ta’ gassijiet sħan ħafna li tarmi d-dawl tagħha stess u li, minħabba d-distanza, ġeneralment tidher bħala tikka dija fis-sema billejl.

    EN Star.

    • Qattajna l-lejl inħarsu lejn l-istilel fuq rasna.

      We spent the night looking at the stars above us.

    Sinonimi: kewkba

  2. 2

    MT Figura b’għadd ta’ ponot ħerġin miċ-ċentru jew oġġett ta’ din l-għamla.

    EN Star, star-shaped figure or object.

    • Xgħelna l-istilla fuq is-siġra tal-Milied.

      We lit the star on top of the Christmas tree.

    • Taħt in-niċċa hemm skultura forma ta’ stilla bi tmien ponot ġo rużun tond.

      Below the niche is a sculpture shaped like an eight-pointed star within a circular rosette.

  3. Tipografija

    3

    MT Simbolu (*) li jintuża biex jiġbed l-attenzjoni għal xi nota jew biex jimmarka xi ħaġa f’test.

    EN Asterisk.

    • L-ismijiet bl-istilla għandhom nota f’qiegħ il-paġna.

      The names marked with an asterisk have a footnote.

    Sinonimi: asterisk

  4. 4

    MT Simbolu li juri l-kategorija jew il-livell ta’ kwalità ta’ lukanda, restorant, prodott jew servizz fi skala.

    EN Star (rating).

    • Qgħadna f’lukanda t’erba’ stilel.

      We stayed in a four-star hotel.

  5. l-aktar fil-plural

    5

    MT Għaġin għamla ta’ kwiekeb irqaq li jissajjar l-aktar fil-brodu jew fis-soppa.

    EN Stelline, star-shaped pasta.

    • Mal-brodu nħobb nitfa’ naqra stilel.

      I like adding a little star-shaped pasta to my broth.

  6. 6

    MT Xi ħadd magħruf u ammirat għat-talent jew għas-suċċess tiegħu, speċjalment fl-ispettaklu jew fl-isport.

    EN Star, celebrity.

    • stilla tal-futbol

      football star

    • stilla taċ-ċinema

      film star

  7. Astroloġija

    7

    MT Wieħed mit-tnax-il sinjal taż-żodjaku.

    EN Star sign, zodiac sign.

    • L-istilla tiegħek x’inhi?

      What’s your star sign?

  8. Piroteknika, ġieli tintuża bħala kollettiv, bla plural

    8

    MT Taħlita piroteknika maħduma f’biċċiet li, meta jinħarqu, jagħtu d-dawl, il-kulur jew effetti oħra fil-logħob tan-nar. Hemm diversi tipi ta’ stilla, fosthom stilla tonda, għamla ta’ ballun; stilla ċċilindrata, għamla ta’ ċilindru; u stilla rqiqa, tonda u żgħira, użata għal bukketti żgħar tal-kulur.

    EN Pyrotechnic star, firework star.

    • Il-murtal fih ħafna stilla.

      The shell contains many pyrotechnic stars.

    • Ibbanja/immastira l-istilla.

      He primed the star.

    • Falliet l-istilla.

      The star failed to ignite.

  9. 9

    MT Tebgħa bajda żgħira fuq ras iż-żiemel jew xi annimali oħra.

    EN Star, white forehead marking.

  10. informali

    10

    MT F’sakra ma jarax art.

    EN Drunk, wasted.

    • Nhar is-Sibt kont stilla.

      I was plastered on Saturday.

  11. 11

    MT Qatra żejt jew xaħam li tidher fil-wiċċ ta’ xi likwidu, bħall-brodu jew is-soppa.

    EN Globule of oil or fat floating on a liquid’s surface.

    • Il-brodu fih ħafna stilel.

      There are lots of globules of fat on the surface of the broth.

  12. 12

    MT Xquq fuq ħġieġa, wara xi daqqa, li jinfirxu minn punt wieħed bħal kewkba.

    EN Star-shaped crack.

    • Stilla ġabhuli windscreen.

      He left a star-shaped crack in my windscreen.

  13. storiku

    13

    MT Ġranet marbuta, skont it-twemmin popolari, max-xita jew mal-maltemp.

    EN Star-days; days traditionally associated with rain or bad weather.

    • Għall-Gandlora, stilli fora.

      By Candlemas, the star-days are over.

Frażijiet
  1. Astronomija

    1

    kewkba ta’ filgħodu

    jew stilla tas-sebħ, stilla matutina

    MT Il-pjaneta Venere meta tidher fis-sema qabel tlugħ ix-xemx.

    EN Morning star, Venus.

  2. Reliġjon

    2

    kewkba ta’ filgħodu

    jew stilla tas-sebħ, stilla matutina

    MT Titlu mogħti lill-Madonna mqabbla mal-kewkba li tħabbar il-bidu tal-jum.

    EN Morning star.

  3. Astronomija

    3

    kewkbet is-safar

    jew stilla polari, kewkba polari

    MT L-istilla magħrufa bħala Polaris, li tidher qrib il-pol ċelesti tat-Tramuntana u tintuża biex tinstab id-direzzjoni tat-Tramuntana.

    EN North Star, Pole Star, Polaris.

  4. 4

    ra l-istilel

    jew ra l-kwiekeb

    MT Ra tikek jixegħlu, l-aktar bl-uġigħ jew għax ikun dgħajjef.

    EN To see stars.

    • Ħbatt rasi mal-ixkaffa u bdejt nara l-istilel.

      I banged my head on the shelf and saw stars.

    • Qed nara l-kwiekeb bil-ġuħ li għandi.

      I’m so hungry I’m seeing stars.

  5. 5

    stilla fissa

    jew kewkba fissa

    MT Stilla li tidher li żżomm l-istess pożizzjoni relattiva għall-kwiekeb l-oħra.

    EN Fixed star.

  6. 6

    salib il-baħar

    jew stilla tal-baħar

    MT Annimal tal-baħar mingħajr sinsla, ġeneralment b’ħamest iswaba’ ħerġin min-nofs.

    EN Starfish.

  7. 7

    stilla ta’ David

    MT Simbolu (✡), magħmul minn żewġ triangoli mrikkbin fuq xulxin li jiffurmaw stilla b’sitt ponot, marbut mal-Ġudaiżmu u mal-identità Lhudija.

    EN Star of David.

  8. Folklor

    8

    stilla tal-maltemp

    MT Jum ta’ festa reliġjuża li, skont it-twemmin popolari, ikun marbut max-xita jew mal-maltemp.

    EN Saint’s day, traditionally associated with bad weather.

    • Il-festa ta’ Santa Katarina jgħidulha stilel tal-maltemp.

      The feast of St Catherine is traditionally associated with bad weather.

  9. Astronomija

    9

    stilla żahrija

    jew kewkba żahrija, kewkba ta’ filgħaxija

    MT Il-pjaneta Venere meta tidher fis-sema wara nżul ix-xemx.

    EN Evening star, Venus.

  10. 10

    taħt stilla ħażina

    MT Xortih ħażina, kulma jmiss b’idejh jisħtu.

    EN To be born under an unlucky star.

    • Jaqaw twelidt taħt stilla ħażina?

      Were you born under an unlucky star?

  11. 11

    taħt stilla tajba

    MT Fortunat, xortih tajba, dejjem tiġih żewġ.

    EN To be born under a lucky star.

    • Ġiet taħt stilla tajba.

      She was born under a lucky star.

  12. 12

    tal-Istilla

    MT Laqam mogħti lil xi baned jew każini tal-banda u lill-partitarji tagħhom.

    EN Local nickname for certain band clubs and their supporters.

  13. 13

    turnavit stilla

    MT Turnavit b’ponta għamla ta’ salib biex jissikka jew iħoll il-viti li rashom ikollha l-istess forma.

    EN Cross-head screwdriver.

  14. 14

    vit stilla

    MT Vit rasu għamla ta’ salib li tħollu jew tissikkah b’turnavit stilla.

    EN Cross-recessed screw.

Familja
Għerq still, st-l-l
Nisel

Taljan stella

Aġġornata l-aħħar f’.