tbaskat

tbas.kat | ˈdbɐskɐt |

verb kwadrilitteru 2 forma
  1. bla oġġett

    1

    MT Issajjar iżżejjed bis-sħana, sakemm nixef, ibbies jew inħaraq.

    EN To overcook, overbake, burn.

    • Il-pizza oħroġha mill-forn għax se titbaskatlek.

      Take the pizza out of the oven, or it’ll burn / or you’ll overcook it.

  2. bla oġġett

    2

    MT Ixxemmex fit-tul, qagħad għal ħafna ħin fix-xemx.

    EN To roast in the sun.

    • Fis-sajf l-hena tiegħi nitbaskat fix-xemx.

      In summer, there’s nothing I enjoy more than roasting in the sun.

  3. bla oġġett

    3

    MT Nixef minħabba x-xemx qawwija.

    EN To become parched, dry out, scorch.

    • Iz-zkuk ħallejthom jitbasktu fix-xemx.

      I left the logs to dry out in the sun.

  4. bla oġġett

    4

    MT Issawwar jew issaħħaħ bl-esperjenza.

    EN To be seasoned, tempered, shaped by experience.

    • Trawwem u tbaskat minn ċkunitu fil-politika.

      He was brought up and seasoned in politics from an early age.

  5. derogatorju, bla oġġett

    5

    MT Miet, mar id-dinja l-oħra.

    • Fl-aħħar tbaskat!

      At last, he kicked the bucket!

Familja
Għerq b-s-k-t
Nisel

Mibnija fuq l-Isqalli bbiscottu