venda

ven.da | ˈvɛndɐ |

nom femminil
  • plural

    vened, vendi
  1. 1

    MT Post mnejn mezzi tat-trasport bħall-karozzi tal-linja, it-taxis, il-karrozzini u d-dgħajjes jibdew jew jispiċċaw il-vjaġġ.

    EN Terminus, station, stand.

    • Se nieqaf il-venda u nimxiha sad-dar.

      I’ll get off at the bus terminus and walk home.

  2. 2

    MT Vjaġġ jew xift ta’ xogħol, l-aktar tat-taxis u l-karozzi tal-linja.

    EN Run, shift (especially of taxis and buses).

Frażijiet
  1. 1

    ħa venda bil-moqdief

    jew ta venda bil-moqdief

    MT Bidel il-pożizzjoni hu u jaqdef, minn wieqaf għal bilqiegħda.

    EN To change from a standing to a seated position while rowing.

Familja
Għerq vend, v-n-d
Nisel

Aktarx mit-Taljan vendita