xemx
-
plural
xmux
-
1
MT L-istilla li madwarha jduru d-dinja u l-pjaneti l-oħra tas-sistema solari, u li tagħtina d-dawl u s-sħana; ukoll, stilla meqjusa bħala x-xemx ta’ sistema planetarja oħra.
EN Sun.
-
Ħarġet ix-xemx.
The sun came out.
-
Xi pjaneti jduru madwar żewġt ixmux.
Some planets orbit two suns.
-
-
2
MT Id-dawl u s-sħana tax-xemx.
EN Sunshine; sunlight; the sun’s heat.
-
Il-pjanta għandha bżonn ħafna xemx.
The plant needs plenty of sunlight.
-
It-tfal qagħdu fix-xemx.
The children stayed in the sun.
-
Wisq xemx, imxi fid-dell.
It’s too hot in the sun, let’s go in the shade.
-
-
3
MT Temp sabiħ, bnazzi, xemxi.
EN Sunny weather.
-
Ix-xemx.
It’s sunny.
-
Illum xemx — x’ġurnata ħarġet!
It’s sunny today — what a lovely day!
-
-
Botanika
4MT Ras tonda u bajdanija li tieħu post il-fjura tat-tfief u xi pjanti simili, magħmula minn żrieragħ bi troffi ta’ pil fin li jinqalgħu u jtiru mar-riħ.
EN Dandelion clock.
Sinonimi: nanna għula
-
Piroteknika
5MT Biċċa nar tal-art magħmula minn żewġ roti bil-funtani jduru kontra xulxin li joħolqu għamla ta’ fjura bir-raxx u l-kuluri tagħhom.
EN Chromatrope; ground firework with two counter-rotating wheels.
Sinonimi: fjura, fjuretta, rużun, stillarju, warda
-
Bizzilla
6MT Festun tal-bizzilla b’dawra maħduma bit-tila u bil-moski ħerġin minnha bħal raġġi.
EN Sun motif in Maltese lace.
-
1
aħbi x-xemx u uri lilu
jew aħbi x-xemx u oħroġ lilu, daħħal ix-xemx u oħroġ lilu
MT Min hu sabiħ ħafna; jew ironikament, min jaħseb li m’hawnx isbaħ minnu.
EN A real stunner; also used ironically of someone who thinks nobody is better-looking than them.
-
2
arloġġ tax-xemx
MT Arloġġ li juri l-ħin skont fejn jaqa’ d-dell ta’ virga jew parti mqabbża oħra fuq wiċċ bil-marki tas-sigħat.
EN Sundial.
-
Ornitoloġija
3bagħdan tax-xemx
jew bagħdan aħmar
MT Għasfur tal-priża kbir, ġwenħajh wesgħin u denbu twil, li jikkaċċa billi jtir baxx fuq art mistagħdra; Circus aeruginosus.
EN Western marsh harrier.
-
4
bħax-xemx fuq il-ħajt
MT Darba f’mitt qamar, darba fill.
EN Once in a while.
-
vulgari
5donnu ħarja fix-xemx
MT Mitluq u bla ħeġġa, qisu ma għandu aptit jagħmel xejn.
EN A lazy sod; a useless lump.
-
6
eklissi tax-xemx
jew eklissi solari
MT Meta l-qamar jgħaddi bejn id-dinja u x-xemx u jgħattiha kollha jew parti minnha.
EN Solar eclipse.
-
umoristiku, ewfemistiku
7fejn ma jarax xemx
MT Il-partijiet intimi tal-ġisem.
EN Where the sun doesn’t shine; someone’s private parts.
-
Tridx tbusli fejn ma jarax xemx?
Why don’t you kiss me where the sun doesn’t shine?
-
-
8
fid-dawl tax-xemx
MT Binhar, fil-beraħ, bla ħabi.
EN In broad daylight.
-
Il-kwadru serquh fid-dawl tax-xemx.
The painting was stolen in broad daylight.
-
-
9
għal għajn ix-xemx
MT Fejn ix-xemx tolqtok direttament.
EN In full sunshine, in direct sunlight.
-
10
għandu bżonn barma u fitla u siegħa xemx
MT Xi ħadd rozz, bla manjieri li għandu bżonn jirfina ruħu.
EN Need to learn some manners, need a little polish.
-
11
għatta x-xemx bl-għarbiel
MT Ipprova jaħbi l-verità jew xi żball ċar bi skuża jew spjegazzjoni li ma jreġux.
EN Try to conceal the obvious; cover up an obvious truth with flimsy excuses.
-
12
għjieb ix-xemx
MT Meta x-xemx tgħib wara x-xefaq fi tmiem il-jum; l-għabex.
EN Sunset.
-
13
ħa x-xemx
MT Ixxemmex.
EN To sunbathe.
-
Ħriġt fuq il-bejt ħa nieħu naqra xemx.
I went out onto the roof to get some sun.
-
-
14
ħaditu x-xemx
MT Smar, ħmar jew inħaraq għax qagħad fix-xemx.
EN To get a tan; get sunburn.
-
15
krema tax-xemx
MT Krema li tidlek il-ġilda biha biex tilqa’ mir-raġġi ultravjola tax-xemx.
EN Sunscreen; sun cream.
-
ironiku
16kwiet daqs baqqa fix-xemx
MT Bla kwiet, dejjem jiċċaqlaq jew isib xi ħaġa x’jagħmel.
EN As fidgety as anything; unable to sit still.
-
17
lagħaq ix-xemx
MT Qagħad jitgħaxxaq bid-dawl u s-sħana tax-xemx.
EN To bask, soak up the sunshine.
-
18
ma jarax ix-xemx t’għada
MT Mhux mistenni jibqa’ ħaj sal-għada.
EN To not live to see another day.
-
19
nuċċali tax-xemx
MT Nuċċali li jintlibes biex inaqqas id-dija tax-xemx.
EN Sunglasses.
-
20
nżul ix-xemx
MT Meta x-xemx tgħib wara x-xefaq fi tmiem il-jum; l-għabex.
EN Sunset.
-
21
pannella fotovoltajka
jew pannella solari, pannella tax-xemx
MT Apparat magħmul minn ċelloli li jibdlu d-dawl tax-xemx f’elettriku.
EN Photovoltaic panel, solar panel.
-
22
qawwara tax-xemx
jew xemx bid-dawra, xemx bil-qiegħa
MT Ċirku ta’ dawl li jifforma madwar ix-xemx.
EN Solar halo.
-
23
ra d-dawl tax-xemx
jew nħareġ għad-dawl tax-xemx
MT Ġie żvelat jew ippubblikat.
EN To see the light of day.
-
Ir-rapport qatt ma ra d-dawl tax-xemx.
The report never saw the light of day.
-
-
24
razzett solari
jew razzett tax-xemx
MT Żona b’għadd kbir ta’ pannelli fotovoltajċi għall-ġenerazzjoni tal-elettriku mix-xemx.
EN Solar farm, solar park.
-
25
sa x-xemx u l-qamar jiġġieldu
MT Anki dawk li huma qrib ħafna ta’ xulxin jistgħu ma jaqblux jew jiġġieldu.
EN Even the best of friends fall out.
-
26
taħt il-kappa tax-xemx
MT Fid-dinja kollha, kullimkien; kulma jeżisti.
EN Under the sun.
-
Jifhem f’kull suġġett taħt il-kappa tax-xemx.
He knows about every subject under the sun.
-
-
27
tax-xemx
MT Ilqugħ li jitqiegħed mal-windscreen meta l-vettura tkun ipparkjata biex inaqqas is-sħana tax-xemx fuq ġewwa.
EN Windscreen sunshade.
-
28
tax-xemx
MT Ilqugħ fuq ġewwa tal-vettura, ’il fuq mill-windscreen, li jitniżżel biex ix-xemx ma tgħammxekx.
EN Sun visor (folding flap inside the vehicle).
-
29
tebgħa tax-xemx
MT Dabra skura li tifforma fuq il-ġilda minħabba x-xemx.
EN Sunspot; a dark patch on the skin caused by sun exposure.
-
F’wiċċha għandha ħafna tbajja’ tax-xemx.
She has a lot of sunspots on her face.
-
-
30
tlugħ ix-xemx
MT Meta x-xemx tibda tidher fuq ix-xefaq fil-bidu tal-jum; iż-żerniq.
EN Sunrise, sunup.
-
31
ttanta x-xemx għaddejja
jew nibex ix-xemx għaddejja, daħak bix-xemx għaddejja
MT Għadda ż-żmien b’kulħadd, iċċajta b’min sab quddiemu; ma ħalla lil ħadd bi kwietu.
EN Poke fun at everyone; pester everyone.
-
32
umbrella tax-xemx
MT Umbrella li tintuża biex tistkenn mid-dija u s-sħana tax-xemx.
EN Parasol, sun umbrella.
-
Botanika
33warda tax-xemx
jew għajn ix-xemx
MT Il-ġirasol, pjanta li tagħmel fjuri kbar, ġeneralment b’ċentru skur imdawwar b’petali sofor; Helianthus annuus.
EN Sunflower.
-
34
wera x-xemx lil
MT Qala’ xi ħaġa, bħal darsa, minn postha u ħariġha fid-dawl.
EN Pull out, extract.
-
35
xemx bajda
MT Ix-xemx kif tidher meta l-ajru jkun imdaħħan.
EN Mild sunshine.
-
36
ix-xemx dieħla u ħierġa
MT Ix-xemx kultant tidher u kultant tinħeba wara s-sħab.
EN Intermittent sunshine.
-
37
ix-xemx għandha l-kappott
jew ix-xemx niżlet fil-kappott
MT Ix-xemx tinżel f’medda sħab fix-xefaq.
EN Sun setting into a bank of clouds.
-
38
ix-xemx għandha x-xlieqa
jew ix-xemx niżlet ġox-xlieqa
MT Ix-xemx tinżel fi sħab irqiq li r-raġġi jgħaddu minnu.
EN Sun setting behind thin clouds.
-
39
ix-xemx ixxarrbet
MT Għamlet ix-xita waqt li x-xemx baqgħet tiddi.
EN It rained while the sun continued to shine.
-
40
xemx kiesħa
MT Xemx pallida u dgħajfa.
EN Pale, weak sun.
-
41
xemx mgħajba
MT Xemx imċajpra jew moħbija fis-sħab.
EN Hazy or cloud-veiled sun.
-
42
xemx taqli l-ankri
jew xemx tixwi l-ankri, xemx iddewweb l-ankri, xemx taqli l-ftajjar, xemx taqli l-ġrieden, xemx taqli l-klieb
MT Xemx tisreġ, sħana qawwija ħafna.
EN Scorching sun.
-
43
xemx tgħanni
jew xemx ħamra
MT Xemx tisreġ, qawwija ħafna.
EN Scorching sun.
-
44
xemx tinżel fl-ixkora
MT Ix-xemx tinżel f’medda sħab.
EN Sun setting in a bank of clouds.
-
45
xemx u xita
MT Xita li tinżel waqt li x-xemx tkun tiddi.
EN Sunshower.
-
46
ix-xita xxarrbu u x-xemx tixxuttah
jew ix-xita xxarrbu u x-xemx tnixxfu
MT Ma jħabbel rasu b’xejn, frisk bħal ħassa, jekk taqa’ d-dinja jersqilha.
EN To not have a care in the world.
Għarbi ش م س | š-m-s