arma

ar.ma | ˈɐr.mɐ |

nom femminil
  • plural

    armi
  1. 1

    MT Oġġett jew strument għall-ġlied jew għall-gwerra, bħal xabla, pistola jew kanun.

    EN Weapon.

    • F’idu kellu arma tan-nar ikkargata.

      He was holding a loaded firearm.

    • Liema pajjiżi għandhom l-armi nukleari?

      What countries have nuclear weapons?

  2. 2

    MT Mezz biex tikseb vantaġġ jew tiddefendi ruħek.

    EN Weapon (figurative).

    • L-għarfien dwar il-kundizzjoni hu l-aktar arma importanti li għandna.

      Awareness of the condition is the most important weapon we have.

    • Iż-żejt sar arma politika fil-kunflitti ekonomiċi.

      Oil has become a political weapon in economic conflicts.

  3. Araldika

    3

    MT Stemma, emblema bħal ta’ għaqda, lokalità jew kunjom.

    EN Coat of arms.

    • L-arma ta’ Marsaxlokk tarka bajda b’salib blu.

      Marsaxlokk’s coat of arms consists of a white shield bearing a blue cross.

Frażijiet
  1. 1

    arma bjanka

    MT Arma li mhix tan-nar, bħal xabla, stallett jew lanza.

    EN Melee weapon.

  2. 2

    biċċa arma tajba

    MT Xi ħadd ġenwin, li tista’ tafdah.

    EN A good egg.

  3. 3

    biċċa arma ħażina

    MT Xi ħadd mill-agħar.

    EN One of the worst people.

  4. 4

    ċeda l-armi

    MT Waqaf mill-ġlied, ma baqax joħodha ma’ xi ħadd.

    EN To surrender.

    MT Qata’ qalbu, qata’ jiesu.

    EN To give up, to lose heart.

  5. 5

    għall-armi!

    MT Sejħa għall-ġlied, biex taqbad l-armi u tħejji ruħek għat-taqbid.

    EN To arms!

  6. 6

    taħt l-armi

    MT Min jaqdi s-servizz militari, min ikun armat u lest għall-gwerra.

    EN Under arms.

Nisel

Taljan/Sqalli arma

verb
  • imperfett

    jarma
  1. bl-oġġett

    1

    MT Forna lil xi ħadd bl-armi.

    EN To arm or supply with arms.

    • Lis-suldati jarmawhom sew.

      They arm/equip the soldiers well.

  2. bl-oġġett

    2

    MT Ħejja lil xi ħadd billi għaddielu xi ħila jew għarfien.

    EN To equip, prepare.

    • Lill-istudenti narmawhom b’ħiliet prattiċi.

      We equip students with practical skills.

  3. bla oġġett

    3

    MT Ħejja ruħu għall-ġlied bl-armi.

    EN To prepare oneself for armed combat.

    • Is-suldati armaw ruħhom għall-battalja.

      The soldiers armed themselves for the battle.

  4. bla oġġett

    4

    MT Ipprepara ruħu bil-mezzi meħtieġa.

    EN To equip or prepare oneself.

    • Il-Gvern għandu jarma ruħu tajjeb biex jaqdi dan ir-rwol.

      The Government must equip itself well to fulfil this role.

Frażijiet
  1. 1

    arma arma

    MT Kmand biex xi ħadd iħaffef f’xogħlu jew f’li jkun qed jagħmel.

    EN A command used to urge someone to work faster.

    • Arma arma, lesti ruħek biex taqbad il-pinzell!

      Gear up and get ready to pick up the brush!

Familja
Għerq arm
armata armerija
Nisel

Sqalli armari

Taljan armare