ffriska

jew friska

if.fris.ka | ɪfˈfrɪskɐ |

verb
  • imperfett

    jiffriska
  1. bla oġġett

    1

    MT Bired, sar frisk, ma baqax sħun.

    EN To cool down.

    • L-ajru mal-lejl jiffriska.

      The air cools at night.

  2. bl-oġġett

    2

    MT Berred, ma ħalliex sħun.

    EN To cool (something).

    • Iż-żiffa tal-baħar tiffriskak.

      The sea breeze cools you.

  3. bla oġġett

    3

    MT Għamel xi ħaġa biex itaffi s-sħana.

    EN To cool down.

    • Inżilt ngħum biex niffriska ftit.

      I went for a swim to cool off a bit.

  4. bl-oġġett

    4

    MT Ġedded xi dokument uffiċjali jew xi ħaġa oħra.

    EN To renew (an official document, road markings, etc.).

    • Iffriska l-liċenzja.

      He renewed the licence.

Frażijiet
  1. 1

    ffriska l-memorja

    MT Ġedded il-memorja, qanqal xi tifkira.

    EN To refresh one’s own or someone else’s memory.

    • Qrajt in-noti biex niffriska l-memorja.

      I read the notes to refresh my memory.

    • Qabel nibdew, tiffriskalna ftit il-memorja?

      Before we begin, could you refresh our memory?

  2. 2

    ffriska griżmejh

    jew bill griżmejh

    MT Xorob xi ħaġa.

    EN To wet your whistle.

Familja
Għerq frisk, fresk
frisk
Nisel

Sqalli friscu