frisk
-
femminil
friska -
plural
friski
-
1
MT Kemxejn kiesaħ, li jagħti sensazzjoni ta’ kesħa ħafifa.
EN Cool, fresh.
-
arja friska
cool/fresh air
-
xarba friska
a cool, refreshing drink
-
Il-baħar għadu frisk.
The sea is still cool.
-
-
ikel, prodotti tal-biedja, fjuri
2MT Li m'ilux li sar, inqata’ jew inqabad; mhux imnixxef, imqadded, iffriżat jew ippreservat b’xi mod ieħor.
EN Fresh (food, produce, flowers).
-
ħut frisk
fresh fish
-
ħobż frisk
fresh bread
-
fjuri friski
fresh flowers
-
-
3
MT Reċenti; m’ilux li sar, għadu kif sar.
EN Recent, fresh, new.
-
Iż-żebgħa għadha friska – tmisshiex!
The paint is still wet – don’t touch it!
-
L-imputat kellu ferita friska f’wiċċu.
The defendant had a fresh wound on his face.
-
Il-memorja għadha friska f’moħħ in-nies.
The memory is still fresh in people’s minds.
-
-
4
MT F’qagħda mentali tajba; moħħu ċar u ffukat; mhux għajjien.
EN Fresh, alert, clear-headed.
-
Aħjar nagħmluha dalgħodu, kif għandna moħħna frisk.
It’s better to do it this morning while our minds are fresh.
-
Qam frisk, lest għal ġurnata ħidma oħra.
He woke up fresh and ready for another day’s work.
-
-
5
MT Ġdid, oriġinali, innovattiv.
EN Fresh, original, innovative.
-
aħbar friska
breaking news
-
ideat friski
new ideas
-
stil frisk
a fresh/original style
-
-
6
MT Min għadu kif daħal fi stat jew beda jaqdi rwol ġdid.
EN Newly in a role or status.
-
miżżewġin friski
newlyweds
-
tobba friski
newly qualified doctors
-
-
1
frisk frisk
MT Frisk ħafna.
EN Very fresh.
-
ġbejniet friski friski
freshly made ġbejniet
-
ġrajja friska friska
breaking news
-
Il-flieles għadhom kemm faqqsu friski friski.
The chicks have just hatched.
-
-
2
frisk frisk
MT Kalm, mistrieħ, biered jew indifferenti (aktarx b’ton ironiku).
EN Calm, relaxed, indifferent (often ironic).
-
Daħlet friska friska u poġġiet qisha mhix hi.
She came in all cool and calm and sat down as if nothing had happened.
-
-
3
frisk bħal ħassa
jew frisk bħal warda
MT Kalm, rilassat, qisu mhux hu, xejn ma jagħmel bih.
EN Cool as a cucumber.
-
Baqa’ bilqiegħda frisk (bħal) ħassa, u niżżel boqqa nbid oħra.
He remained seated, cool as a cucumber, and took another gulp of wine.
-
Santa Ġiżwarda, ibagħtu frisk bħal warda – ġakulatorja waqt il-ħlas biex it-tarbija titwieled sabiħa u f’saħħitha.
A traditional ejaculatory prayer said during childbirth, asking that the baby be born healthy and beautiful.
-