folja
-
plural
folji
-
1
MT Paġna bħal ta’ ktieb, pitazz jew gazzetta.
EN Page, leaf, sheet.
-
Ikteb fuq iż-żewġ naħat tal-folja.
Write on both sides of the sheet.
-
It-teżi dornieha folja folja.
We went through the thesis page by page.
-
-
2
MT Biċċa materjal (injam, metall, eċċ.) irqiq u ċatt.
EN Sheet, plate.
-
folja landa
tinplate sheet
-
folja pannella/folja tad-deheb
metal leaf (used in gilding)
-
folja sandpaper
a sheet of sandpaper
-
folja three-ply
plywood sheet
-
folja żingu
zinc sheet
-
-
1
folja bjanka
MT Paġna vojta ta’ ktieb.
EN Blank page.
-
2
folja ġdida
MT Bidu ġdid.
EN A new page, a fresh start.
-
Issa ħa nibdew folja ġdida.
Now we’ll turn over a new leaf.
-
-
3
folja ġdida
MT Fażi ġdida.
EN New phase, new chapter (in a narrative).
-
Din hi folja ġdida fl-istorja tal-Knisja.
This is a new chapter in the history of the Church.
-
-
4
il-folja nqalbet
jew il-folja daret
MT Seħħet bidla kbira, drastika.
EN The tables have turned; things have taken a turn.
-
isem ta’ post
5Il-Folja
MT Raba’ bejn Ta’ Ċinċli u Wied Qannotta, taħt il-Wardija.
EN Fields between Ta’ Ċinċli and Wied Qannotta, south of Wardija.
-
Arti
6folja tal-akantu
MT Motif ornamentali għamla ta’ werqa tal-akantu, li jintuża l-aktar fil-kolonni u l-kaptelli.
EN Acanthus leaf motif.
-
7
folja volanti
MT Karta għaliha.
EN A loose sheet of paper.
-
8
dawwar il-folja
jew qaleb il-folja
MT Bidel is-suġġett, qabad ma’ punt ieħor.
EN To change the subject, to move on to another topic.
-
Ejja ndawru l-folja u nitkellmu fuq ħaġa oħra.
Let’s turn the page and talk about something else.
-
-
9
dawwar il-folja
jew qaleb il-folja
MT Għamel bidla kbira.
EN To turn over a new leaf.
-
Fuq li ġrali, wasal iż-żmien li naqleb il-folja.
After what happened to me, it’s time to turn the page.
-
-
10
tilef il-folja
MT Tilef il-fil ta’ li kien qed jgħid.
EN To lose one’s train of thought.
Taljan foglia
Sqalli fògghia