ftakar
-
imperfett
jiftakar
-
bl-/bla oġġett
1MT Ġab quddiem għajnejh, żamm amment ta’ xi ħaġa, ma nesiex.
EN To remember, to recall.
-
Niftakru dejjem liebes kappell.
I remember him as always wearing a hat.
-
Bilkemm niftakar x’kilt ilbieraħ.
I can hardly remember what I ate yesterday.
-
-
fl-imperfett biss, bla oġġett
2MT Għandu memorja tajba.
EN To have a good memory.
-
Nanntek tiftakar ħafna.
Your grandmother has a very good memory.
-
-
bl-/bla oġġett
3MT Żamm f’moħħu; ġie/ġabu fiha.
EN To keep/bear in mind.
-
Ftakar li mhux kull min jgħannqek iridlek il-ġid.
Bear in mind that not everyone who hugs you means you well.
-
-
bla oġġett
4MT Talab għall-bżonnijiet ta’ xi ħadd, ħaseb f’xi ħadd għaddej minn żmien iebes.
EN To keep someone in one’s thoughts/prayers; to spare a thought for someone.
-
Missieri daħal l-isptar; ftakru fih fit-talb.
My father has been admitted to hospital; remember him in your prayers.
-
-
bla oġġett
5MT Għamillu pjaċir.
EN To please someone; to do someone a favour.
-
Meta tiġu għall-fondi ftakru ftit fina.
When it comes to funding, spare a thought for us.
-
Għarbi ف ك ر | f-k-r