papa

pa.pa | ˈpɐːpɐ |

nom maskil
  • femminil

    papessa
  • plural

    papiet
  1. 1

    MT L-isqof ta’ Ruma u l-mexxej tal-Knisja Kattolika.

    EN Pope.

    • Kellu udjenza mal-Qdusija Tiegħu l-Papa.

      He had an audience with His Holiness the Pope.

    • Il-biċċa l-kbira tal-papiet kienu Taljani.

      Most popes were Italian.

  2. 2

    MT Il-mexxej ta’ xi Knejjes Insara li mhumiex Kattoliċi Rumani, bħall-Ortodossi.

    EN Pope (of non-Roman Catholic Churches).

    • Il-Papa tal-Kopti indirizza lill-pellegrini.

      The Coptic Pope addressed the pilgrims.

Frażijiet
  1. 1

    anki l-Papa jiżbalja

    MT Ħadd mhu infallibbli; aktarx tingħad biex tiġġustifika xi nuqqas.

    EN To err is human; nobody is perfect.

  2. 2

    dimostrazzjoni tal-Papa

    MT Tislima lill-Papa li ssir waqt iċ-ċelebrazzjoni reliġjuża tal-Unjoni Museumina, bħala stqarrija ta’ fedeltà lejh.

    EN A prayerful greeting to the Pope during a religious celebration of the Society of Christian Doctrine (MUSEUM), expressing fidelity and devotion to him.

  3. 3

    għandu tal-Papa fuqu

    MT Min ikun dejjem fl-inkwiet, qisu bil-magħmul.

    EN To have a dark cloud hanging over someone.

  4. 4

    ħajja ta’ papa

    jew għaddej ta’ papa

    MT Iqatta’ għomru fil-ġid u jgħix komdu.

    EN To live like a king; to live a comfortable wealthy life.

  5. 5

    imut papa, jilħaq ieħor

    MT Ħadd mhu indispensabbli.

    EN No one is irreplaceable.

  6. 6

    il-Papa l-Aħmar

    MT Il-kardinal prefett tal-Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal-Popli.

    EN Red Pope; Cardinal Prefect of the Congregation for the Evangelization of Peoples.

    MT Min imexxi l-Mażunerija internazzjonali.

    EN Head of international Freemasonry.

  7. rari

    7

    il-Papa l-Iswed

    MT Kif ġieli jissejjaħ is-Superjur Ġenerali tal-Ordni tal-Ġiżwiti.

    EN Black Pope; the Superior General of the Society of Jesus (Jesuits).

  8. 8

    qaddis (verġni, Nisrani, Kattoliku) iżjed mill-Papa

    MT Min iridha tar-rett iżżejjed.

    EN More Catholic than the Pope.

  9. 9

    qisu l-Papa

    MT Xi ħadd li kull fejn imur iwaqqfuh u jsellmulu.

    EN Someone everyone seems to know and greet.

  10. isem ta’ post

    10

    Tal-Papa

    MT Żona f’Birżebbuġa.

    EN An area in Birżebbbuġa.

  11. 11

    tal-Papa

    MT Frażi nebbiexa għal min jilbes l-isfar u l-abjad, bħall-bandiera tal-Papa; Għawdex tingħad għaż-żibeġ isfar.

    EN A mocking term for someone wearing yellow and white; in Gozo, used for yellow beads.

  12. 12

    tmur Ruma, tara l-Papa

    MT Ma taqbiżx l-aktar ħaġa ovvja jew importanti.

    EN To go to Rome and not see the Pope.

  13. 13

    u l-Papa Ruma

    MT Risposta inkejjuża għal ‘Jien/aħna hawn.’

    EN A teasing or sarcastic reply to ‘I’m/we’re here.’

  14. 14

    xi darba tmiss lill-Papa

    MT Id-destin ma jaħarbu ħadd; xi darba tasal ta’ kulħadd.

    EN Everyone gets their turn; no one escapes fate.

Familja
Għerq pap
antipapa antipapali papabbli
Nisel

Taljan/Sqalli papa