xena

xe.na | ˈʃɛːnɐ / ˈʃɛnɐ |

nom femminil
  • plural

    xeni
  1. 1

    MT Parti minn dramm, film jew rakkont li fiha tiżvolġi azzjoni partikolari.

    EN Scene (in a film, play or narrative).

    • L-aħħar xena tal-film ġibduha Għawdex.

      The last scene of the film was shot in Gozo.

  2. 2

    MT L-elementi viżivi, bħal xbihat, strutturi u għamara, li jitqiegħdu fuq palk biex jirrappreżentaw il-post fejn isseħħ l-azzjoni.

    EN Stage scenery, set, backdrop.

    • Ix-xeni tad-dramm kienu jpittruhom bl-idejn.

      They used to paint the scenery for the play by hand.

    • Ix-xena tal-ewwel att kienet magħmula minn mejda kbira fin-nofs u purtiera skura fuq wara.

      The set for the first act consisted of a large table in the centre and a dark curtain at the back.

  3. 3

    MT Il-veduta, id-dehra ta’ post jew ta’ dak li jkun qed jiġri fih.

    EN Scene, view, sight.

    • Mit-tieqa tidher xena mill-isbaħ tal-port.

      There’s a magnificent view of the harbour from the window.

    • Quddiem l-isptar kien hemm xeni ta’ paniku.

      There were scenes of panic outside the hospital.

  4. 4

    MT Rappreżentazzjoni ta’ post, ġrajja jew attività fi stampa, pittura jew xogħol artistiku ieħor.

    EN Depiction, scene.

    • Il-kwadru juri xena mill-ħajja ta’ kuljum.

      The painting depicts a scene from everyday life.

  5. 5

    MT Il-post fejn isseħħ ġrajja, speċjalment delitt jew inċident.

    EN Scene (of an event or crime), site.

    • Il-pulizija waslu fuq ix-xena tar-reat ftit wara l-inċident.

      The police arrived at the crime scene shortly after the incident.

  6. 6

    MT Qasam ta’ attività, bin-nies involuti fih u l-iżviluppi li jseħħu fih.

    EN Milieu, scene.

    • Il-kantanta m’ilhiex fix-xena mużikali.

      The singer hasn’t been on the music scene for long.

    • Ix-xena politika nbidlet ħafna f’dawn l-aħħar snin.

      The political scene has changed considerably in recent years.

    • Ngħaddu għall-aħbarijiet mix-xena internazzjonali.

      We now turn to international news.

  7. 7

    MT Turija ta’ rabja jew emozzjoni oħra, b’mod esaġerat jew b’ħafna storbju quddiem ħaddieħor.

    EN Scene, fuss.

    • Għamel xena għax ma ħallewhx jidħol.

      He made a scene because they wouldn’t let him in.

    Sinonimi: xenata

Frażijiet
  1. 1

    daħal fix-xena

    MT Beda jieħu sehem f’xi attività jew jinvolvi ruħu f’xi sitwazzjoni.

    EN To enter the scene, become involved.

  2. 2

    ħareġ mix-xena

    jew telaq mix-xena

    MT Ma baqax jieħu sehem jew ikollu rwol f’xi qasam jew f’xi sitwazzjoni.

    EN To leave the scene, withdraw.

  3. 3

    seraq ix-xena

    MT Spikka, ġibed ħafna attenzjoni lejh.

    EN To steal the show, steal the limelight.

  4. 4

    xena tad-delitt

    jew xena tar-reat

    MT Fejn ikun seħħ delitt jew reat u fejn jistgħu jinstabu t-traċċi jew il-provi.

    EN Crime scene.

  5. 5

    xeni waħdu

    MT Min jesaġera jew jagħmel ħafna storbju biex jesprimi ruħu.

    EN Always making a scene, kicking up a fuss.

    • Dak xeni waħdu!

      He’s always making a scene!

Nisel

Taljan scena

verb
  • imperfett

    jixni
  1. arkajk, bl-oġġett

    1

    MT Bagħad lil xi ħadd, xtaqlu d-deni.

    EN To hate, bear someone ill will.

    • Il-ħażin jixnik bla ma jafek.

      An evil person bears you ill will without knowing you.

Familja
Għerq xen, x-n-j
xenarista xenarju xenata xeneġġjatur xeniku xenjuż xxena
Nisel

Għarbi ش ن ء | š-n-ʾ