xenarju
-
plural
xenarji
-
1
MT L-isfond, l-istrutturi u d-dekorazzjonijiet li jsawru l-ambjent fejn isseħħ l-azzjoni ta’ dramm, film jew programm televiżiv.
EN Scenery, set.
-
Il-produzzjoni għandha xenarju u kostumi grandjużi.
The production has grand scenery and costumes.
-
-
2
MT Il-post jew l-ambjent fejn isseħħ ġrajja jew tiżvolġi storja.
EN Setting, backdrop.
-
Il-Belt Valletta ntużat bħala x-xenarju tas-sensiela televiżiva.
Valletta was used as the setting for the television series.
-
-
3
MT Id-dehra ta’ post, bil-karatteristiċi naturali u l-bini li jidhru fih.
EN Scenery, landscape, view.
-
Se ngawdu x-xenarji pittoreski tal-Iżvezja.
We’ll enjoy Sweden’s picturesque landscapes.
-
-
4
MT Il-qagħda u x-xejriet ġenerali li jikkaratterizzaw qasam jew żmien partikolari.
EN General situation, context.
-
Il-kwistjoni tal-immigranti ilha tiddomina x-xenarju politiku lokali.
The issue of immigration has long dominated the local political scene.
-
-
5
MT Sitwazzjoni possibbli, speċjalment waħda minn għadd ta’ sitwazzjonijiet li jiġu kkunsidrati.
EN Scenario, imagined or possible situation.
-
Għal kull tema ġew ikkunsidrati żewġ xenarji differenti: l-istatus quo u għażla alternattiva.
For each theme, two different scenarios were considered: the status quo and an alternative option.
-
Taljan scenario